Rapport dwar il-Progress tat-Target2
Fis-16 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE approva l-istabbiliment ta’ Struttura Tariffarja Unika (SSP) għat-TARGET2 abbażi ta’ l-offerta konġunta magħmula mill-Banca d’Italia, l-Banque de France u d-Deutsche Bundesbank.
Ir-Rapport dwar il-Progress tat-TARGET2 jifli tliet kwistjonijiet ewlenin – servizz, prezzijiet u transizzjoni għat-TARGET2. Dawn il-kwistjonijiet ġew deciżi mill-Kunsill Governattiv fis-16 ta’ Diċembru 2004. Il-banek ċentrali taż-żona ta’ l-euro kollha kkonfermaw li ser jieħdu sehem fit-TARGET2. L-Eurosistema ser tkompli tgħarraf lill-pubbliku dwar il-progress tat-TARGET2.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja