Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

l-Italja

Fl-Italja, id-disinji tal-muniti tal-euro kienu suġġetti għal skrutinju minn kumitat tekniku u artistiku nazzjonali qabel ma ġew ippreżentati lin-nazzjon fuq l-akbar stazzjon televiżiv nazzjonali tal-Italja. Intgħażel disinn differenti għal kull denominazzjoni minn fost kapolavuri ta' artisti Taljani famużi.

€2

Din il-munita turi xbieha ta' wiċċ Dante Alighieri li saret minn Raffaello u tinsab fil-binja Papa Ġulju II tal-Palazz tal-Belt tal-Vatikan. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2*, imtennija sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.

€1

Fuq din il-munita hemm id-disinn famuż tar-"Raġel Vitruvjan" ta' Leonardo da Vinci, li jinsab għall-wiri fil-gallerija tal-Akkademja f’Venezja. Id-disinn juri l-proporzjonijiet ideali tal-ġisem uman.

50 ċenteżmu

Din il-munita turi l-istatwa tal-Imperatur Marku Awrelju fuq iż-żiemel.

20 ċenteżmu

Din il-munita fiha stampa ta’ skultura ta' Umberto Boccioni, pijunier tal-iskola futuristika Taljana.

10 ċenteżmi

Din il-munita tfakkar wieħed mill-akbar trijonfi tal-arti Taljana, Turi wieħed mix-xogħlijiet l-aktar famużi fid-dinja"It-Twelid ta' Venere" ta' Sandro Botticelli.

5 ċenteżmi

Dan id-disinn juri l-anfiteatru Flavju, li beda jinbena fi żmien l-Imperatur Vespażjanu għall-ħabta tas-sena 75 wara Kristu u nfetaħ mill-Imperatur Titu fis-sena 80 wara Kristu.

2 ċenteżmi

Din il-munita turi l-Mole Antonelliana, torri iddisinjat fl-1863 minn Alessandro Antonelli.

1 ċenteżmu

Din il-munita turi l-Castel del Monte.