European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

26 ta’ Ottubru 2017

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

(1) Ir-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin u r-rati tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali u l-faċilità tad-depożitu se jibqgħu l-istess fil-livell ta’ 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv għadu jipprevedi li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE se jibqgħu fil-livelli attwali għal perijodu estiż ta’ żmien u sew wara li jintemm il-perijodu tal-akkwist nett ta’ assi.

(2) Għal dawk li huma miżuri straordinarji tal-politika monetarja, il-Kunsill Governattiv jikkonferma li l-akkwist nett ta’ assi bir-rata attwali ta’ €60 biljun fil-programm ta’ xiri ta’ assi se jibqa’ jsir sal-aħħar ta’ Diċembru 2017. Minn Jannar 2018 ix-xiri nett ta’ assi hu maħsub li jkompli b’rata ta’ kull xahar ta’ €30 biljun sal-aħħar ta’ Settembru 2018, jew wara, jekk ikun meħtieġ, u f’kull każ sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fl-inflazzjoni li jkun konsistenti mal-għan tiegħu dwar l-inflazzjoni. Jekk il-prospetti jsiru favorevoli, jew jekk il-kundizzjonijiet finanzjarji jsiru inkonsistenti ma’ progress kontinwu lejn aġġustament sostnut fl-inflazzjoni, il-Kunsill Governattiv jinsab lest biex iżid l-APP f’termini ta’ daqs u/jew tul ta’ żmien.

(3) L-Eurosistema se terġa’ tinvesti l-pagamenti ewlenin mit-titoli li mmaturaw u li kienu nxtraw taħt l-APP għal perijodu itwal wara li jintemm ix-xiri nett ta’ assi, u f’kull każ, sakemm dan ikun meħtieġ. Dan se jikkontribwixxi kemm għal kundizzjonijiet favorevoli ta’ likwidità kif ukoll għal orjentament xieraq tal-politika monetarja.

(4) L-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq perijodu itwal ta’ tliet xhur se jibqgħu jitmexxew bħala proċeduri b’rata fissa b’allokazzjoni sħiħa sakemm dan ikun meħtieġ, u mill-inqas sat-tmiem tal-aħħar perijodu taż-żamma tar-riżervi tal-2019.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda fis-14:30 CET illum.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja