Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u l-faxxa tal-faċilitajiet permanenti mill-21 ta’ Jannar 2009

18 ta' Diċembru 2008

B’referenza għall-istqarrija għall-istampa “Bidliet fil-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u fil-wisa’ tal-faxxa tal-faċilitajiet permanenti” tat-8 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) llum iddeċieda dan li ġej:

  • L-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament se jibqgħu jsiru permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti b’rata fissa u b’allokazzjoni sħiħa wara l-perijodu ta’ manteniment li jintemm fl-20 ta’ Jannar 2009. Din il-miżura tibqa’ fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ, u mill-inqas sal-aħħar allokazzjoni tat-tielet perijodu ta’ manteniment tal-2009 fil-31 ta’ Marzu.
  • Mill-21 ta’ Jannar 2009, il-faxxa tar-rati tal-faċilitajiet permanenti, li fid-9 ta’ Ottubru 2008 kienet tnaqqset għal 100 punt bażi madwar ir-rata tal-imgħax prevalenti tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament, se terġa’ lura għal 200 punt bażi. Għalhekk, mill-21 ta’ Jannar, ir-rata tal-faċilità tas-self marġinali se tiżdied minn 50 għal 100 punt bażi ogħla mir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament, u r-rata tal-faċilità tad-depożitu se tonqos minn 50 għal 100 punt bażi inqas mir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament.
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja