Għażliet għat-Tiftix
Home Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika monetarja L-euro Pagamenti u swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Novembru 2010

Sistemi ta’ pagament u l-infrastruttura tas-suq

Rapport dwar il-progress tat-TARGET2-Titoli

Fit-18 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv qies l-istatus tal-progress tal-Programm tat-TARGET2-Titoli.

L-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni

Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja, Diċembru 2010

Fit-18 ta' Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tar-“Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja – Diċembru 2010”, li jagħti stima komprensiva tal-kapaċità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro biex tassorbi taqlib negattiv, u li jeżamina s-sorsi ewlenin tar-riskji għal, u l-vulnerabbiltà tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Dan se jiġi ppubblikat fil-websajt tal-BĊE sa nofs Diċembru 2010.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar l-estensjoni tal-garanzija tal-Istat Irlandiż fir-rigward ta’ ċerti obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Fis-2 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Irlandiż (CON/2010/75).

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi lill-Kostituzzjoni u dwar il-Liġi fuq il-leġiżlazzjoni, fir-rigward tas-setgħat leġiżlattivi ta’ Magyar Nemzeti Bank

Fit-3 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Ġustizzja Ungeriż (CON/2010/76).

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi fil-qafas tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja fil-Latvja bil-għan li jiġi armonizzat ulterjorment mal-Eurosistema

Fil-5 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Gvernatur tal-Latvijas Bank (CON/2010/77).

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi lil-leġiżlazzjoni dwar l-arranġamenti għall-garanziji finanzjarji fir-rigward ta’ talbiet ta’ kreditu fil-Lussemburgu

Fil-5 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Lussemburgiż (CON/2010/78).

Opinjoni tal-BĊE dwar restrizzjonijiet fuq il-ħlasijiet kontanti fil-Bulgarija

Fl-10 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Bulgaru (CON/2010/79).

Opinjoni tal-BĊE dwar il-ħlas tal-persunal tal-Banco de Portugal u l-baġit

Fit-12 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-President tal-Parlament Portugiż (CON/2010/80).

Opinjoni tal-BĊE dwar id-ditti li jisilfu l-flus għall-bini fil-Polonja

Fil-5 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Parlament Pollakk (CON/2010/81).

Governanza korporattiva

Presidenza tal-Kumitat għall-Maniġġ tar-Riskji

Fl-4 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv ħatar, b’effett immedjat, lis-Sur Carlos Bernadell, bħalissa Kap tad-Diviżjoni tal-BĊE għall-Maniġġ tar-Riskji, bħala President tal-Kumitat għall-Maniġġ tar-Riskji. Dan il-kumitat twaqqaf mill-Kunsill Governattiv fis-16 ta’ Settembru 2010, skond l-Artikolu 9.1 tar-Regoli tal-Proċedura tal-BĊE. Il-mandat tas-Sur Bernadell bħala President tal-Kumitat għall-Maniġġ tar-Riskji jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2013, jiġifieri fl-istess żmien tal-iskadenza tal-mandati tal-presidenti tal-kumitati l-oħra kollha tal-Eurosistema/SEBĊ, li nħatru (mill-ġdid) mill-Kunsill Governattiv fit-22 ta’ Lulju 2010 għal perijodu ta’ tliet snin.

Riformulazzjoni tal-qafas legali tal-BĊE għall-kontabilità

Fil-11 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill Governattiv adotta Linja Gwida tal-BĊE dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtaġġ finanzjarju fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (riformulazzjoni) (ECB/2010/20) u Deċiżjoni tal-BĊE dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (riformulazzjoni) (ECB/2010/21). Dawn iż-żewġ atti legali jinkludu bidliet tekniċi u editorjali għall-atti legali li huma fis-seħħ bħalissa, rispettivament, il-Linja Gwida BĊE/2006/16 u d-Deċiżjoni BĊE/2006/17, li jirriformulaw. Iż-żewġ atti legali se jiġu ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-UE u se jkunu disponibbli fil-websajt tal-BĊE iżjed ’il quddiem.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja