Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-26 ta’ Ġunju 2015

30 ta' Ġunju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Ġunju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.0 biljun għal EUR 276.0 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
25 ta’ Ġunju 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 115.0 miljun USD 115.0 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 374.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 1,039.0 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 27.1 biljun għal EUR 137.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 65.3 biljun għal EUR 469.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Ġunju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 89.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 88.2 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 19.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 17.3 biljun. Barra minn hekk, ġiet konkluża operazzjoni speċifika ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO) ta’ EUR 73.8 biljun b’maturità ta’ 1,190 jum.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 86.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 81.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.9 biljun għal EUR 465.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-26 ta’ Ġunju 2015 Differenza mqabbla mad-19 ta’ Ġunju 2015 – xiri Differenza mqabbla mad-19 ta’ Ġunju 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR  23.2 biljun - - EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR  10.8 biljun - - EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR  94.6 biljun + EUR 2.5 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR  8.6 biljun + EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 193.9 biljun + EUR 11.6 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR  134.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 49.6 biljun għal EUR 389.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,966 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 306,656 2,462
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 82,171 273
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
224,485 2,188
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 38,676 −1,623
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,812 765
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,812 765
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 555,596 70,150
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 88,234 −1,424
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 467,096 71,728
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 267 −154
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 134,698 −2,208
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 839,235 14,352
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 465,142 13,908
  7.2 Titoli oħra 374,094 444
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,742 0
9 Assi oħra 233,162 3,698
Assi Totali 2,539,544 87,596
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,038,969 2,891
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 475,740 54,456
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 389,322 49,564
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 86,293 4,888
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 125 5
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,164 −363
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 204,009 28,650
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 137,594 27,111
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 66,415 1,539
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 29,648 867
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,284 −3
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,391 −184
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,391 −184
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 214,992 1,420
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 98,392 −139
Total tal-passiv 2,539,544 87,596
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja