Rapport finanzjarju konsolidat tal-eurosistema tat-23 ta' Diċembru 2011
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Diċembru 2011 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema u l-aġġustament tekniku magħmul minn bank ċentral tal-Eurosistema ieħor.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 22.5 biljun għal EUR 264 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
22 ta' Diċembru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 5.1 biljun | - |
22 ta' Diċembru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 14-il jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 33 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 337.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.3 biljun għal EUR 890.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 20.3 biljun għal EUR 66 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 12.7 biljun għal EUR 255.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 291.6 biljun u ġiet irregolata waħda ġdida ta’ EUR 169 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f'ammont ta’ EUR 207.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f'ammont ta’ EUR 211 biljun. Nhar il-Ħamis, it-22 ta' Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 140.6 biljun u ġiet irregolata waħda ġdida ta’ EUR 29.7 biljun, b’maturità ta’ 98 jum. Fl-istess jum, ġiet irregolata operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta' EUR 489.2 biljun, b'maturità ta' 1,134 jum, bl-ammont allokat jinkludi EUR 45.7 biljun li ttieħed mill- operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta' 12-il xahar allokat f'Ottubru 2011.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 6.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 4.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 411.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 214.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 273 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta kważi esklużivament għal xiri regolat skont it-tieni programm ta' xiri ta' bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Diċembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 211 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 59 biljun u EUR 3.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 33.1 biljun għal EUR 265 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 419,822 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 236,826 | 1,147 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 83,513 | 329 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
153,313 | 818 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 95,355 | 22,313 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 25,982 | −4,470 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 25,982 | −4,470 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 879,130 | 214,122 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 169,024 | −122,605 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 703,894 | 335,285 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 6,131 | 1,582 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 81 | −140 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 94,989 | 5,434 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 610,629 | 465 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 273,041 | 532 | |
7.2 | Titoli oħra | 337,588 | −67 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,928 | 0 | |
9 | Assi oħra | 336,574 | 418 | |
Assi Totali | 2,733,235 | 239,429 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 890,938 | 8,346 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 888,231 | 168,328 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 265,041 | −33,071 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 411,813 | 197,705 | |
2.3 | Depożiti fissi | 211,000 | 3,500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 377 | 194 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,380 | 205 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 77,530 | 22,259 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 66,026 | 20,268 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 11,504 | 1,991 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 132,178 | 39,343 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 5,058 | 904 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,630 | 67 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,630 | 67 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 208,047 | −22 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 383,276 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,481 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,733,235 | 239,429 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja