Materjal għat-taħriġ
Għarfien tal-karti tal-flus
Il-kors elettroniku ta' tagħlim Knowledge of banknotes jikkonsisti minn tliet taqsimiet li jkopru:
- l-awtentiċità tal-karti tal-flus tal-euro,
- il-kundizzjoni tal-karti tal-flus,
- il-karatteristiċi tas-sigurtà tat-tieni sensiela ta’ karti tal-flus, is-sensiela Europa.
L-għan tal-kors hu li jintegra t-taħriġ għal dawk li jimmaniġġaw il-karti tal-flus fil-professjoni tagħhom, skont id-deċiżjonijiet tal-BĊE dwar l-awtentiċità u l-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro.
Il-kors ġie żviluppat abbażi tal-programm ta' taħriġ u l-għodda elettronika ta' tagħlim ipprovduti mill-Banco de Portugal.
Euro Cash Academy
L-app tal-Euro Cash Academy tipprovdi tagħrif dwar il-karti tal-flus tal-euro u l-karatteristiċi tas-sigurtà tagħhom. Din tagħti lill-utenti l-opportunità li jitgħallmu dwar il-karatteristiċi, jew billi jieħdu sehem fi kwiżż sempliċi jew billi jesploraw pjazza ġo belt virtwali.