Xogħlijiet preliminari

Xogħol ta' ġarr u taħfir

Taħfir tal-fossa (ħajt tal-pilastri bborjati u mrikkba)

Taħfir tal-fossa (ħajt tal-pilastri bborjati u mrikkba)

© Robert Metsch

Bħala tħejjija għax-xogħol ewlieni tal-kostruzzjoni, bejn ir-rebbiegħa u l-ħarifa tal-2008 sar ix-xogħol preliminari tal-kostruzzjoni fis-sit ta' dak li qabel kien il-Grossmarkthalle u fejn se jkun il-bini l-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Dan kien jinkludi x-xogħol tat-taħfir u tal-pedamenti għat-torrijiet u għal parkeġġ taħt l-art għall-istaff, kif ukoll xogħol ta' twaqqigħ fis-sit tal-Grossmarkthalle.

Kunsinna tas-sit

Tnixxif tal-briks

Tnixxif tal-briks

© Robert Metsch

Qabel ma setgħet tikkunsinna s-sit lill-BĊE, il-Belt ta' Frankfurt kienet responsabbli biex tnaddaf is-sit u tħejjih għall-kunsinna. Dan ix-xogħol sar bejn ir-rebbiegħa u l-ħarifa tal-2004 u kien jinvolvi t-twaqqigħ ta' bini li ma kienx vallapena li jinżamm: fin-Nofsinhar tal-Grossmarkthalle, dan il-bini kien il-"blaue Halle", l-"Importhalle", li kienu jservu prinċipalment bħala maħżen għall-frott tropikali impurtat, u l-“Ami-Halle” (sala użata mill-forzi armati Amerikani); fit-tramuntana tal-Grossmarkthalle, bejn is-sala tas-suq u s-Sonnemannstrasse, il-“Hallenhütten”, bini iżgħar, twaqqa' wkoll.