STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

BĊE jinnomina lil Andrea Enria bħala President tal-Bord Superviżorju

7 ta’ Novembru 2018

  • Proposta tal-Kunsill Governattiv għal kap ġdid tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE mibgħuta lill-Parlament Ewropew
  • L-approvazzjoni finali wara l-vot parlamentari għandha tingħata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew illum innomina lil Andrea Enria bħala l-President il-ġdid tal-Bord Superviżorju. Huwa ntgħażel minn lista finali ta’ kandidati kkompilata mill-Kunsill Governattiv fil-26 ta’ Settembru.

Il-BĊE llum informa lill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew Roberto Gualtieri, dwar id-deċiżjoni tiegħu, f'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-BĊE u l-Parlament Ewropew. Il-BĊE informa wkoll lill-President tal-Kunsill għall-Affarijiet Enonomiċi u Finanzjarji, Hartwig Löger.

Is-sur Enria ser jiġi mistieden mill-Kumitat ECON għal seduta pubblika. Andrea Enria (57) bħalissa huwa l-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea.

Jekk jiġi approvat mill-Parlament u kkonfermat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, is-sur Enria ser jilħaq minflok Danièle Nouy bħala President tal-Bord Superviżorju fl-1 ta’ Jannar 2019. Il-President jinħatar jew tinħatar għal perijodu li ma jiġġeddidx ta’ ħames snin.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Peter Ehrlich, tel.: +49 69 1344 8320.

Kuntatti midja