STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

2.8 miljun ħanut u negozju żgħir se jirċievu fuljetti dwar l-€20 ġdida

13 ta' Ottubru 2015
  • Bi tħejjija għall-introduzzjoni tal-karta l-ġdida tal-€20 fil-25 ta’ Novembru 2015, 2.8 miljun negozju se jirċievu fuljetti informattivi u motion cards
  • In-negozji għandhom jiżguraw li l-apparat tagħhom għall-ipproċessar u l-verifika tal-karti tal-flus ikun ġie aġġornat għall-karta l-ġdida

Il-karta l-ġdida tal-€20 se toħroġ fil-25 ta’ Novembru 2015. Il-kaxxiera professjonali fiż-żona tal-euro se jiġu infurmati dwar id-disinn u l-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-karta l-ġdida sabiex ikunu jistgħu jgħarrfu lill-klijenti tagħhom. Mit-13 ta’ Ottubru 2015, l-Eurosistema se tibgħat fuljetti lil aktar minn 2.8 miljun ħanut u negozju żgħir fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro.

Il-fuljett fih il-passi li għandhom jieħdu biex jadattaw l-apparat tagħhom għall-karta l-ġdida tal-€20 kif ukoll id-dati li jwasslu sal-jum meta din tidħol fiċ-ċirkolazzjoni. Il-fuljett ifakkar ukoll kemm hi ħaġa ħafifa tiċċekkja l-karti tal-flus meta jiġu f’idejk billi tuża l-metodu ĦOSS-ĦARES-MEJJEL. Tista’ tikseb aktar kopji tal-fuljett u l- motion card mill-bank ċentrali ta’ pajjiżek.

Issib tagħrif ieħor dwar il-karta l-ġdida tal-€20 hawnhekk http://www.karti-godda-tal-euro.eu/.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija William Lelieveldt (+49 69 1344 7316).

Kuntatti midja