Il-BĊE jippubblika prinċipji gwida dwar diskorsi u laqgħat
- Il-prinċipji jolqtu laqgħat u diskorsi minn membri tal-Bord Eżekuttiv
- Jisħqu fuq l-impenn tal-BĊE għal komunikazzjoni trasparenti f’direzzjonijiet opposti
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed jippubblika dokument li jfisser fil-qosor il-prinċipji gwida li għandhom isegwu l-membri tal-Bord Eżekuttiv tiegħu meta jikkomunikaw ma’ rappreżentanti tas-settur privat, il-komunità akkademika u s-soċjetà ċivili.
Id-dokument, li jinsab fil-websajt tal-BĊE, jistabbilixxi tliet prinċipji li juru kif il-BĊE jissalvagwarda l-komunikazzjoni trasparenti f’direzzjonijiet opposti bejn dawk li jfasslu l-politika u l-pubbliku ġenerali kif ukoll udjenzi speċjalizzati. Il-prinċipji jħaddnu l-pożizzjoni tal-BĊE li tiggarantixxi li tagħrif sensittiv għas-swieq finanzjarji ma jiġix żvelat lil gruppi magħżulin. Il-prinċipji jqisu wkoll il-ħtieġa li l-membri tal-Bord Eżekuttiv jinteraġixxu regolarment ma’ firxa wiesgħa ta’ kontropartijiet sabiex jifhmu l-iżviluppi fl-ekonomija u s-swieq finanzjarji, u jifformulaw politika tajba.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija Eszter Miltényi-Torstensson (+49 69 1344 8034).
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja