Id-dħul tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri l-ġodda fil-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II
Il-proċeduri għat-tħaddim tal-mekkaniżmu tar-rati tal-kambju tat-Tielet Stadju ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ERM II) huma stabbiliti fil-ftehim ta’ l-1 ta’ Settembru 1998 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ l-Istati Membri barra ż-żona ta’ l-ewro (il Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II). Mill-1 ta’ Mejju 2004, il-BĊN tal-għaxar Stati Membri ġodda ta’ l-UE saru partijiet għall-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II.
Kemm il Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II ta’ l-1 ta’ Settembru 1998 kif ukoll l-Att dwar id-dħul ta’ l-Istati Membri l-ġodda jistgħu jinstabu fis-sezzjoni tal-website tal-BĊE intitolata “Publications”.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja