Konkors Euro Video Challenge

Konkors Euro Video Challenge

L-iżjed aħbarijiet reċenti

Il-Konkors Euro Video Challenge għalaq u l-ġurija qed teżamina l-vidjos kollha li ġew sottomessi. Nirringrazzjaw lil dawk li pparteċipaw! Fil-bidu ta' Ottubru nikkuntattjawkhom jekk tkunu eliġibbli għal premju.

L-individwi jew timijiet responsabbli għall-aħjar vidjos jiġu mistiedna jattendu ċ-ċerimonja ta' premjazzjoni f'Lyon (Franza) nhar il-Ħamis, 9 ta' Novembru 2017 – fl-10 anniversarju tal-konferenza dwar l-ekonomija “Les Journées de l’économie” (Jéco).

Il-premju għall-vidjo rebbieħ hu ta' €4,000. It-tienu u t-tielet premju ta' €3,000 u €2,000 rispettivament jistgħu jingħataw bħala premjijiet ukoll, skont id-deċiżjoni tal-ġurija dwar il-kwalità tal-vidjos. Barra dan, l-aħjar vidjos jistgħu jidhru fil-midja soċjali tal-Bank Ċentrali Ewropew u Jéco.

L-aħjar vidjo(s) jingħażlu abbażi tal-kriterji li ġejjin:

  • kontenut: ħila evidenti fil-formulazzjoni ta' messaġġi ċari u għarfien tas-suġġett
  • ħiliet ta' komunikazzjoni (l-użu ta' elementi/animazzjonijiet viżwali jitqies bħala valur apprezzabbli): l-oriġinalità tat-teknika tal-komunikazzjoni użata
  • valur ta' divertiment: mertu edukattiv u faċilità għall-ispettaturi

L-isfida

Tlabna lil dawk fostkom li għandhom bejn 18 u 30 sena biex jissottomettu vidjo fuq suġġett tal-ekonomija relatat mal-ħidma tal-BĊE f'perijodu ta' żmien bejn is-6 ta' Lulju u l-24 ta' Settembru 2017. L-isfida kienet il-ħolqien ta' film qasir li jiġbed u jżomm l-attenzjoni u li jinftiehem faċilment, adattat għal udjenza żagħżugħa li forsi ma jkollha ebda għarfien preċedenti tas-suġġett.

Vidjo oriġinali (mhux itwal minn 2 minuti u 20 sekonda) kellu jiġi sottomess flimkien mal-iskript korrispondenti (massimu 1,500 kelma).

Il-ġurija

  • Benoît Cœuré: Membru tal-Bord Eżekuttiv, Bank Ċentrali Ewropew
  • Christine Graeff: Direttur Ġenerali Komunikazzjoni, Bank Ċentrali Ewropew
  • Agnès Bénassy-Quéré: Professur, Paris School of Economics – Panthéon Sorbonne University
  • Luis Garicano: Professur, London School of Economics
  • Francesco Giavazzi: Professur, Innocenzo Gasparini Institute for Economic Research u l-Università Bocconi
  • Jan Pieter Krahnen: Professur, SAFE Research Centre u l-Università Goethe