What does the ECB do for you?
L-istabbiltà hija ħaġa tagħna.
Kulħadd għandu bżonn l-istabbiltà u l-għan ewlieni tagħna fil-BĊE huwa li l-prezzijiet jinżammu stabbli. Essenzjalment, aħna nagħmluha aktar faċli għalik biex tippjana, tiffranka u tinvesti għall-futur tiegħek. Iżda xi jfisser dan fil-prattika? Kif eżattament ix-xogħol tagħna jaffettwak u l-affarijiet li huma importanti għalik?
Kif xogħolna jkun ta’ benefiċċju għalik
Tista’ tafda l-euro
Aħna nieħdu ħsieb l-euro, il-munita komuni tagħna. Int u 346 miljun Ewropew tistgħu tistrieħu fuq l-euro, kemm f'pajjiżhom kif ukoll meta tivvjaġġaw, tistudjaw jew taħdmu barra. L-euro huwa wkoll tfakkira ta' kuljum li l-ħidma flimkien ġabitilna paċi, libertà u prosperità.
Tgħallem aktar dwar kif tibbenefika mill-munita komuni tagħnaTista tippjana aħjar l-futur tiegħek b’aktar kunfidenza
Aħna nagħmluha aktar faċli għalik biex tippjana l-futur tiegħek. Kif? Nagħmlu affarijiet bħall-iffissar tar-rati tal-imgħax ewlenin biex nindirizzaw l-inflazzjoni. Aħna ngħinu wkoll biex is-sistema finanzjarja taħdem bla xkiel billi nnaqqsu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Allura inti tista’ b'fiduċja tippjana kif tfaddal u tonfoq flusek.
Sir af aktar dwar kif aħna ngħinuk tippjana l-futur tiegħekFlusek huma siguri fil-banek taż-żona tal-euro
Flusek huma siguri fil-bank? Iva, jekk tpoġġi flusek f'bank fiż-żona tal-euro, tista' tkun ċert li huma siguri. Superviżjoni konsistenti u standardizzata tiżgura li l-bank tiegħek jibqa’ f’saħħtu u jista’ jiflaħ għal kwalunkwe xokk.
Ara l-ħarsa lejn is-superviżjoni bankarja EwropeaX’affarijiet oħra jagħmlu l-istabbiltà ħaġa tagħna?
Xogħolna jgħin biex jiġi żgurat li l-flus tiegħek iżommu l-valur tagħhom u l-ekonomija ta’ madwarek tikber. Dan huwa mod wieħed li aħna jipprovdu l-istabbiltà. Ara dan il-video biex issir taf dwar l-oħrajn.