Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Ottubru 2022

X’iddeċidejna?

Erġajna għollejna r-rati tal-imgħax, b’0.75 punti perċentwali

Dan qed nagħmluh biex tonqos l-inflazzjoni, li għadha għolja wisq. Se jkun hemm aktar żidiet fir-rati. Dawn se jiddependu fuq kif naraw li qegħdin jiżviluppaw l-ekonomija u l-inflazzjoni.

Aġġustajna wkoll xi wħud mill-istrumenti l-oħra tagħna

Biex ngħinu fil-ġlieda kontra l-inflazzjoni, għamilna l-programm ta’ self immirat tagħna inqas attraenti għall-banek.

X’qed jiġri fl-ekonomija?

L-inflazzjoni hija għolja wisq, u se tibqa’ għolja għal xi żmien

Il-prezzijiet qed jogħlew fl-ekonomija kollha. Il-prezzijiet tal-enerġija għoljin ħafna għadhom ir-raġuni ewlenija għal dan. Il-problemi tal-provvista qed jitjiebu iżda l-prezzijiet għadhom qed jiżdiedu. Ir-rata tal-kambju żiedet ukoll l-inflazzjoni, billi għamlet l-importazzjonijiet aktar għaljin.

L-ekonomija se tiddgħajjef fix-xhur li ġejjin...

Din id-dgħufija probabbilment se ddum għall-bqija ta’ din is-sena u fl-ewwel parti tal-2023. Inflazzjoni għolja, problemi bil-provvisti tal-gass u inkwiet dwar il-futur ifissru li n-nies qed jixtru inqas u n-negozji qed inaqqsu l-produzzjoni.

... anki għalkemm ħafna nies għandhom impjieg

Il-qgħad għadu baxx u qed jinħolqu impjiegi ġodda. Iżda hekk kif l-ekonomija tiddgħajjef, dan jista' jinbidel.

L-ekonomija dinjija wkoll qed tikber iżjed bil-mod.

Il-prospetti huma aktar inċerti, speċjalment minħabba l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukraina. Il-banek ċentrali madwar id-dinja qed iżidu wkoll ir-rati tal-imgħax biex jiġġieldu l-inflazzjoni.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?