Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Frar 2022

X'inhuma l-punti ewlenin?

L-ekonomija taż-żona tal-euro qed tkompli tirkupra

Fil-bidu tas-sena, it-tkabbir se jkun aktar dgħajjef minħabba li l-pandemija għadha qed tkun ta’ piż fuq l-attività. Iżda b'ħafna nies issa mlaqqma, is-soċjetà u l-ekonomija qed ilaħħqu aħjar mal-pandemija minn qabel.

Prezzijiet għoljin tal-enerġija u skarsezzi qed iżommu lura l-ekonomija għalissa...

In-nuqqas ta’ materjali, tagħmir u xogħol għadu qed irażżan l-attività. Spejjeż għoljin tal-enerġija qed iweġġgħu d-dħul tan-nies u jillimitaw dak li jistgħu jonfqu. L-impriżi qegħdin jinvestu anqas ukoll

… imma nistennew li l-ekonomija tmur għall-aħjar aktar tard fis-sena

Il-konġestjonijiet fil-provvista qed jibdew jittaffew. B'aktar nies fl-impjiegi, il-familji għandhom igawdu dħul ogħla u jonfqu aktar. L-appoġġ mill-politika u l-irkupru globali qed jgħinu wkoll lill-ekonomija tirkupra b'mod qawwi.

L-inflazzjoni x'aktarx li tibqa' għolja għal aktar żmien milli kien mistenni qabel...

Il-prezzijiet tal-enerġija huma r-raġuni ewlenija għal dan. Iżda l-prezzijiet tal-ikel u firxa usa’ ta’ oġġetti u servizzi qed jiżdiedu wkoll.

...iżda l-inflazzjoni x'aktarx tonqos matul din is-sena

Il-pressjoni fuq il-prezzijiet mis-swieq tal-enerġija u l-konġestjonijiet fl-ekonomija għandhom jonqsu.

X’iddeċidejna?

Il-politika tagħna tibqa’ ffukata fuq terminu medju

Aħna se nwaqqfu x-xiri nett taħt il-programm tagħna ta’ xiri tal-emerġenza pandemika fl-aħħar ta’ Marzu 2022. Iżda aktar minn qatt qabel, il-politika tagħna trid tibqa’ flessibbli u żżomm l-għażliet miftuħa biex tiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza ruħha fil-mira tagħna ta’ 2% fuq terminu medju.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? ARA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?