- STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
Il-BĊE jinnomina lil Yves Mersch bħala Viċi President tal-Bord Superviżorju
9 ta’ April 2019
- Il-Kunsill Governattiv jissottometti proposta lill-Parlament Ewropew għal Viċi President ġdid tal-Bord Superviżorju tal-BĊE
- Il- Kunsill tal-Unjoni Ewropea jagħti l-approvazzjoni finali wara vot parlamentari
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippropona l-ħatra tal-membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE Yves Mersch bħala Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE.
Il-BĊE informa lill-President tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), Roberto Gualtieri, skont il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-BĊE u l-Parlament Ewropew. Il-BĊE informa wkoll lill-President tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Eugen Teodorovici. Is-Sur Mersch se jidher quddiem il-Kumitat ECON waqt seduta f’data li għad trid tiġi konfermata. Skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament MSU, il-ħatra teħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Wara din l-approvazzjoni, il-Kunsill jadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni biex jaħtar lill-Viċi President tal-Bord Superviżorju. Skont ir-Regolament MSU, il-Viċi President tal-Bord Superviżorju għandu jkun membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.
Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Esther Tejedor, tel.: +49 69 1344 95596.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja