Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

il-BĊE jippubblika l-Manwal tat-Test tal-Istress tal-Evalwazzjoni Komprensiva

8 ta' Awissu 2014

EMBARGO

M’għandhiex tixxandar qabel il-11.30 a.m. CET tal-Ġimgħa 8 ta’ Awwissu 2014
  • Il-manwal fih dettalji dwar il- join-up tal-analiżi tal-kwalità tal-assi (AQR) u t-test tal-istress
  • Il-manwal jagħti tagħrif fil-qosor dwar il-proċess tal-assigurazzjoni tal-kwalità tat-test tal-istress, sabiex jiġi żgurat eżerċizzju rigoruż
  • Il-pubblikazzjoni tal-manwal iżżid mat-trasparenza tal-evalwazzjoni komprensiva u l-kredibbiltà tal-eżerċizzju

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ippubblika manwal b’dettalji dwar kif se jinkorpora l-konklużjonijiet tal-AQR tiegħu fl-istimi tat-test tal-istress. Il-manwal jiddeskrivi wkoll il-proċess tal-assigurazzjoni tal-kwalità tat-test tal-istress, li huwa meħtieġ biex l-eżerċizzju jkun robust u kredibbli.

L-evalwazzjoni komprensiva hija verifika bir-reqqa tal-karti tal-bilanċ u s-saħħa tal-banek il-kbar qabel ma l-BĊE jieħu f’idejh il-kompiti superviżorji tiegħu f’Novembru. L-evalwazzjoni komprensiva tal-BĊE hija differenti minn testijiet tal-istress li saru qabel fl-Unjoni Ewropea għaliex hija magħmula minn analiżi bir-reqqa tal-kwalità tal-assi u tinkludi join-up tar-riżultati tal-AQR u tat-test tal-istress. Dan jippermetti li ssir evalwazzjoni aktar preċiża tal-kundizzjonijiet tal-karti tal-bilanċ tal-banek, kif ukoll tar-riskji tal-kreditu u riskji oħra fil-kotba tal-banek.

“Qegħdin niddedikaw ħin u sforz konsiderevoli biex dan il-proċess ikun wieħed rigoruż,” qal il-Viċi President tal-BĊE Vitor Constâncio. “Il- join-up tinkludi l-informazzjoni kollha li ġbarna waqt l-AQR, u dan jiddistingwi l-eżerċizzju minn oħrajn li saru qablu. Bil-pubblikazzjoni tal-manwal, qegħdin ukoll nuru l-impenn tagħna għat-trasparenza.”

L-assigurazzjoni tal-kwalità tat-test tal-istress se tkun iffukata biex joħorġu riżultati li jkunu preċiżi, konsistenti u kredibbli. Se jsiru diversi verifiki tal-kwalità bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-BĊE se jqabbel il-konklużjonijiet dwar banek individwali ma’ dawk ta’ banek tal-istess daqs u se japplika l-mudell tiegħu ta’ test tal-istress ġerarkiku. Il-banek jistgħu jintalbu jagħtu aktar evidenza bħala parti mill-metodu “ikkonforma jew spjega” ( comply or explain), barra milli jipprovdu analiżi oħra u, jekk ikun meħtieġ, jerġgħu jissottomettu l-istimi tat-test tal-istress tagħhom.

Il- join-up u b’hekk l-impatt tal-AQR fuq il-kalkoli tat-test tal-istress se jiffunzjonaw b’diversi modi. Il-konklużjonijiet mill-portafolli eżaminati fl-AQR se jintużaw biex jistabbilixxu l-punt ta’ tluq tat-test tal-istress u, għall-iskop tal-eżerċizzju, jistgħu jwasslu għal aġġustament tal-karta tal-bilanċ ta’ tmiem l-2013. Fejn l-evidenza mill-AQR turi li bank ma jkollux biżżejjed provedimenti, dan se jiġi rifless b’aġġustamenti tat-telf stmat simulat tal-bank għall-2014, 2015 u 2016, kemm għas-sitwazzjonijiet bażiċi kif ukoll għal dawk negattivi. Barra minn hekk, dan se jkollu impatt fuq il-qligħ u t-telf simulat skont is-sitwazzjonijiet tat-test tal-istress.

Ir-riżultati finali tal-evalwazzjoni komprensiva se jiġu ppubblikati fit-tieni nofs ta’ Ottubru.

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel lil Uta Harnischfeger (+49 69 1344 6321) jew lil Ronan Sheridan (+49 69 1344 7416).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja