Monitoraġġ tal-midja soċjali mill-BĊE

Dikjarazzjoni ta’ privatezza

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irid jifhem kif l-utenti tal-midja soċjali jiddiskutu l-politika monetarja u s-superviżjoni bankarja, kif ukoll suġġetti oħra rilevanti għall-BĊE, sabiex inkunu nistgħu nqisu l-ħtiġijiet tal-pubbliku ġenerali fil-komunikazzjonijiet tagħna. Għal dan il-għan, bħal istituzzjonijiet pubbliċi oħra, nanalizzaw l-attività tal-media soċjali relatata mal-kompiti tagħna u nissorveljaw l-użu tal-kanali tal-midja soċjali tagħna stess. Il-konklużjonijiet li joħorġu mill-analiżi jgħinuna nifformaw l-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-BĊE.

Qafas legali għall-protezzjoni tad-dejta applikabbli għall-BĊE

Id-dejta personali kollha se tiġi pproċessata skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Min huwa responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali?

Il-BĊE huwa l-kontrollur tal-ipproċessar tad-dejta personali. Aħna nużaw fornitur estern biex jipproċessa u janalizza d-dejta tal-midja soċjali soċjali f'isimna u skont l-istruzzjonijiet tagħna.

Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali

Aħna niġbru u nipproċessaw dejta personali għat-twettiq tal-kompiti tal-BĊE fl-interess pubbliku. Niżguraw li jiġu implimentati salvagwardji adegwati u speċifiċi għall-ipproċessar tad-dejta personali, f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Aħna kkonsultajna lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar din il-kwistjoni u nikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet li rċevejna.

Oriġini u tip ta' dejta pproċessata

Il-fornitur estern jiġbor u janalizza d-dejta minn postijiet pubbliċi minn utenti tal-midja soċjali fuq kanali differenti tal-midja soċjali, u jittraċċa sorsi onlajn differenti inklużi forums, blogs u websajts ta' aħbarijiet onlajn. Il-fornitur estern jipproċessa biss informazzjoni li hija disponibbli pubblikament.

Il-fornitur estern jipproċessa d-dejta personali li ġejja f'isimna:

  • dejta ta' identifikazzjoni (isem, isem użat, identifikazzjoni tal-utent u żona ġeografika)
  • karatteristiċi personali (età, sess u status tal-familja)
  • drawwiet tal-konsumaturi
  • delizzji u interessi
  • sfond professjonali u edukattiv
  • ritratti u vidjos
  • kwalunkwe informazzjoni oħra ppubblikata fuq websajt li hija analizzata jew fuq pjattaforma ta' parti terza.

Filwaqt li l-fornitur estern jiġbor id-dejta personali elenkata hawn fuq, aħna nanalizzaw biss xi ftit minn din id-dejta. Aħna l-aktar nużaw dejta aggregata għal din l-analiżi. Madankollu, kwotazzjonijiet individwali jistgħu jinqabdu bħala eżempji u jintużaw biex jiddeskrivu l-attitudni ġenerali lejn il-BĊE fil-midja soċjali. Dawn il-kwotazzjonijiet se jkunu limitati għal dawk ta' individwi li jippubblikaw posts dwar il-BĊE fil-kapaċità professjonali tagħhom jew dawk influwenti.

Stabbilejna limitazzjonijiet stretti fuq is-suġġetti li nimmoniterjaw u żgurajna li l-persunal tagħna, meta jaċċessa u juża d-dejtabase tal-fornitur estern, ikun marbut bi struzzjonijiet ċari u obbligi ta' kunfidenzjalità.

Min se jriċievi d-dejta personali?

Persunal dedikat tal-BĊE biss ikollu aċċess għad-dejta personali.

Kemm idum iżomm id-dejta personali l-BĊE?

Ir-rapporti li jkun fihom dejta personali ser jinħażnu għal massimu ta' ħames snin u mbagħad jinqerdu/jitħassru. Fuq l-istruzzjonijiet tal-BĊE, il-fornitur estern iħassar ir-riżultati tat-tiftix wara perijodu ta' sitt xhur. Bakups awtomatiċi jitħassru wkoll mis-servers tal-fornituri wara sitt xhur.

Id-drittijiet tiegħek

Inti għandek id-dritt ta' aċċess u tirranġa d-dejta personali tiegħek, biex tirrestrinġi l-ipproċessar tad-dejta tiegħek u, taħt ċerti kundizzjonijiet, titlob li d-dejta tiegħek titħassar. Peress li aħna ma ninteraġixxux direttament ma utenti tal-midja soċjali li d-dejta tagħhom qed tiġi pproċessata u, fil-prinċipju, ma jkollniex aċċess għad-dettalji ta' kuntatt tagħhom, huwa impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat biex jiġu infurmati dawk l-utenti individwalment. Aħna għalhekk ninfurmaw lill-utenti tal-midja soċjali permezz ta' din id-dikjarazzjoni ta' privatezza.

Biex teżerċita d-drittijiet tiegħek

Tista' teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tibgħat imejl lil it-tim tal-monitoraġġ tal-midja.

Aktar informazzjoni

Aktar informazzjoni u punti ta' kuntatt relatati mal-ipproċessar ta' dejta personali tista' ssibhom fil-politika tal-privatezza tal-fornitur estern tal-BĊE.

Jekk għandek iktar domandi, tista' tibgħat imejl ukoll lil l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-BĊE.

Biex tikkuntattja l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

Barra minn hekk, għandek dritt tikkuntattja s-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta kull meta trid dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek.