Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kulħadd jeħtieġ l-istabbiltà

L-istabbiltà hija ħaġa tagħna.

Taħseb dwar il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) meta tixtri mingħand tal-merċa, tfaddal għal biljett ta’ kunċert jew tiftaħ kont bankarju? Probabbilment le. Lanqas m’għandek bżonn. Fil-BĊE aħna naħdmu għalik wara l-kwinti, sabiex tkun tista’ tiffoka fuq l-affarijiet importanti f’ħajtek.

Allura, x’nagħmlu għalik? Ix-xogħol ewlieni tagħna hu li nistabbilizzaw il-prezzijiet fiż-żona tal-euro. Jekk dan jinstema’ kemxejn astratt, nittamaw li din il-kampanja ta’ informazzjoni turik xi tfisser fil-prattika. Essenzjalment, aħna nagħmluha aktar faċli għalik biex tippjana bil-quddiem, tiffranka u tinvesti fil-futur tiegħek.

Aqra aktar dwar kif xogħolna jaffettwak Iċċekkja l-paġna Instagram tagħna u tgħallem aktar

Nintroduċu lill-BĊE

Aħna l-bank ċentrali għall-20 pajjiż li jużaw l-euro. Il-kompitu ewlieni tagħna huwa li nistabbilizzaw il-prezzijiet, li jgħin biex jiġi żgurat li flusek iżommu l-valur tagħhom u l-ekonomija ta’ madwarek tikber. Dan huwa mod wieħed kif aħna nipprovdu l-istabbiltà. Ara dan il-video biex issir taf dwar l-oħrajn:

Is-salvagwardja tal-valur tal-flus iggwadanjati minnek

Meta tħallas għal kafè, tista’ tkun ċert li l-karta tal-€10 jew il-ħlas elettroniku tiegħek se jiġu aċċettati. Id-dħul ta’ kuljum ta’ sid ta’ kafetterija, inkluż il-ħlas tiegħek, se jkun sikur f’kont bankarju taż-żona tal-euro. U meta s-sid jittrasferixxi l-pagi lill-persunal tagħha, il-flus se jimxu mingħajr xkiel.

Qatt tajt ħarsa mill-qrib lejn il-flus fil-but tiegħek?

Aħna responsabbli wkoll għall-karti tal-flus tal-euro, li huma mimlija karatteristiċi tas-sigurtà. Iżda l-euro huwa ferm aktar minn sempliċi mod sikur ta’ kif tħallas. Bħala l-munita komuni tagħna, dan jagħmilha aktar faċli biex tivvjaġġa, tistudja jew taħdem barra mill-pajjiż. Dan jgħaqqadna flimkien u jgħaqqad lin-nies madwar l-Ewropa.

Ewropej jaħdmu għall-Ewropa – jaħdmu għalik!

Il-persunal tal-BĊE jiġi minn madwar l-Ewropa kollha u huwa kburi li jaqdi lil 346 miljun Ewropew li jużaw l-euro kuljum. B’ħidma mill-qrib mal-bank ċentrali ta’ pajjiżek, aħna nistinkaw biex nipprovdu stabbiltà finanzjarja għaċ-ċittadini tal-Ewropa – nies bħalek u lilna.

Kurjużi biex isiru tafu aktar?

Jekk int interessat li ssir taf aktar dwar il-ħidma tagħna u kif dan jaffettwa l-ħajja tiegħek ta’ kuljum, dawn huma xi postijiet tajbin minn fejn tibda:

X’jagħmel il-BĊE u dan xi jfisser għalik

Ejja nħarsu lejn għaxar modi li bihom ix-xogħol tagħna jkun ta’ benefiċċju għalik.

Aqra aktar dwar il-ħidma tagħna
Il-BĊE u l-Eurosistema spjegati fi tliet minuti

Ara dan il-video ta’ tliet minuti għal ħarsa ġenerali ta’ dak kollu li nagħmlu għalik.

Ara l-video
Tixtieq titgħallem aktar?

Sib l-ispjegazzjonijiet tagħna hawn u tittestja l-għarfien tiegħek fil-kwiżżijiet tagħna.

Iċċekkja r-riżorsi tagħna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima