Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Marzu 2023
X’iddeċidejna?
Għollejna r-rati tal-imgħax b'0.5 punti perċentwali
Id-deċiżjonijiet futuri tagħna se jiddependu fuq kif naraw l-inflazzjoni futura tiżviluppa u kemm iż-żidiet tar-rati tal-passat tagħna se jtaffu sew l-inflazzjoni.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
L-inflazzjoni għadha għolja wisq u ser tibqa’ hekk għal xi żmien
Il-prezzijiet tal-enerġija naqsu drastikament. Iżda pressjonijiet li jżommu l-prezzijiet għoljin qed jiġu dejjem aktar mill-ikel, l-oġġetti industrijali u s-servizzi.
L-ekonomija sejra aħjar milli mistenni, iżda għadha dgħajfa
Huwa mistenni li tirkupra fix-xhur li ġejjin, minkejja li żdiedet l-inċertezza. B'enerġija orħos, inqas problemi ta' provvista u negozji li jaħdmu qatigħ biex jissodisfaw ordnijiet tal-passat, id-ditti u l-konsumaturi jħossuhom aktar kunfidenti dwar il-futur.
Is-suq tax-xogħol jibqa’ b’saħħtu.
Għadhom qegħdin jinħolqu impjiegi ġodda. B'pagi ogħla, il-ħaddiema jiksbu lura ftit mis-saħħa tal-akkwist li tilfu minħabba inflazzjoni għolja.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Għalkemm l-ekonomija issa hija dgħajfa, nistennew li tirkupra fis-snin li ġejjin. Tensjonijiet riċenti fis-suq finanzjarju għamlu din il-prospettiva aktar inċerta.
Il-projezzjonijiet għat-tkabbir ekonomiku taż-żona tal-euro fl-2023 u għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Marzu 2023)
L-inflazzjoni x'aktarx laħqet il-quċċata u nistennew li tonqos gradwalment lejn il-mira tagħna ta' 2%. Tensjonijiet riċenti fis-suq finanzjarju għamlu din il-prospettiva aktar inċerta.
Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2023 u għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Marzu 2023)
Ara d-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja