Stqarrijiet finanzjarji ta' kull ġimgħa
Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema huma ppubblikati nhar ta’ Tlieta, u jirrigwardaw il-ġimgħa ta’ qabel.
Eċċezzjonijiet għad-dati tal-pubblikazzjoni
Il-jum tal-pubblikazzjoni għall-ewwel dikjarazzjoni finanzjarja ta’ kull trimestru tas-sena normalment ikun nhar ta’ Erbgħa (minflok it-Tlieta) sabiex jitħalla aktar ħin biex titlesta r-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ assi u obbligazzjonijiet, li hija riflessa f’dawn id-dikjarazzjonijiet.
Status | Ġimgħa | Data ta' rapportar | Dati tal-pubblikazzjoni | Jum tal-ġimgħa | Raġuni |
---|---|---|---|---|---|
QFS | Ġimgħa 52 2021 | 31 ta’ Diċembru 2021 | 5 ta’ Jannar 2022 | L-Erbgħa | L-ewwel rapport finanzjarju tat-trimestru |
QFS | Ġimgħa 13 | 1 ta’ April 2022 | 6 ta’ April 2022 | L-Erbgħa | L-ewwel rapport finanzjarju tat-trimestru |
WFS | Ġimgħa 15 | 15 ta’ April 2022 | 20 ta’ April 2022 | L-Erbgħa | l-Għada tal-Għid (jum l-għeluq tat-TARGET) |
QFS | Ġimgħa 26 | 1 ta’ Lulju 2022 | 6 ta’ Lulju 2022 | L-Erbgħa | L-ewwel rapport finanzjarju tat-trimestru |
QFS | Ġimgħa 39 | 30 ta’ Settembru 2022 | 5 ta’ Ottubru 2022 | L-Erbgħa | L-ewwel rapport finanzjarju tat-trimestru |
WFS | Ġimgħa 51 | 23 ta’ Diċembru 2022 | 28 ta’ Diċembru 2022 | L-Erbgħa | Vakanza tal-Milied (jum l-għeluq tat-TARGET) |
Kull meta s-sistema TARGET2, tingħalaq, u b’hekk il-ġurnata inkwistjoni mhix ġurnata ta’ saldu għal tranżazzjonijiet tas-suq tal-flus tal-euro u tranżazzjonijiet tal-kambju barrani li jinvolvu l-euro, dak il-jum jitqies bħala jum mhux tan-negozju tal-Eurosistema għal skopijiet ta’ rappurtar finanzjarju. Jekk dawn il-jiem addizzjonali mhux tan-negozju jaqgħu matul il-perjodu ta’ preparazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ kull ġimgħa, dan il-perjodu jiġi estiż kif xieraq.