Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-eurosistema tat-23 ta' Diċembru 2011

28 ta' Diċembru 2011

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Diċembru 2011 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri ta’ deheb minn wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema u l-aġġustament tekniku magħmul minn bank ċentral tal-Eurosistema ieħor.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 22.5 biljun għal EUR 264 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
22 ta' Diċembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 5.1 biljun -
22 ta' Diċembru 2011 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 14-il jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 33 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 337.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.3 biljun għal EUR 890.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 20.3 biljun għal EUR 66 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 12.7 biljun għal EUR 255.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  291.6 biljun u ġiet irregolata waħda ġdida ta’ EUR 169 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f'ammont ta’ EUR 207.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f'ammont ta’ EUR 211 biljun. Nhar il-Ħamis, it-22 ta' Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 140.6 biljun u ġiet irregolata waħda ġdida ta’ EUR 29.7 biljun, b’maturità ta’ 98 jum. Fl-istess jum, ġiet irregolata operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta' EUR 489.2 biljun, b'maturità ta' 1,134 jum, bl-ammont allokat jinkludi EUR 45.7 biljun li ttieħed mill- operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta' 12-il xahar allokat f'Ottubru 2011.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 6.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 4.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 411.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 214.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 273 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta kważi esklużivament għal xiri regolat skont it-tieni programm ta' xiri ta' bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Diċembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 211 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 59 biljun u EUR 3.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 33.1 biljun għal EUR 265 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 419,822 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 236,826 1,147
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,513 329
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
153,313 818
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 95,355 22,313
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 25,982 −4,470
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 25,982 −4,470
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 879,130 214,122
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 169,024 −122,605
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 703,894 335,285
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 6,131 1,582
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 81 −140
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,989 5,434
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 610,629 465
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 273,041 532
7.2 Titoli oħra 337,588 −67
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,928 0
9 Assi oħra 336,574 418
Assi Totali 2,733,235 239,429
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 890,938 8,346
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 888,231 168,328
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 265,041 −33,071
2.2 Faċilità ta’ depożitu 411,813 197,705
2.3 Depożiti fissi 211,000 3,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 377 194
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,380 205
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 77,530 22,259
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 66,026 20,268
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,504 1,991
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 132,178 39,343
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,058 904
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,630 67
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,630 67
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,486 0
10 Passiv ieħor 208,047 −22
11 Kont tar-rivalutazzjoni 383,276 0
12 Kapitali u riżervi 81,481 0
Total tal-passiv 2,733,235 239,429
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja