European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro baqgħet titbaxxa fit-tieni nofs tal-2018

25 ta’ Jannar 2019

[Aġġornat fid-28 ta' Jannar 2019]

  • 262,000 karta tal-euro falza tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fit-tieni nofs tal-2018
  • Madwar 80% ta' dawk il-karti tal-flus foloz kienu tal-€20 u l-€50
  • Il-karti kollha tal-euro jistgħu jiġu ċċekkjati bil-metodu “ħoss, ħares u mejjel”
  • Il-karti tal-euro jibqgħu mezz ta’ ħlas fdat u sigur

Madwar 262,000 karta tal-euro falza tneħħew miċ-ċirkolazzjoni fit-tieni sitt xhur tal-2018, tnaqqis ta' 13.0% meta imqabbla mal-ewwel sitt xhur tal-2018 u 27.8% inqas mit-tieni sitt xhur tal-2017. Il-probabbiltà li tirċievi karta tal-flus falza hi tassew żgħira ħafna billi l-għadd ta' karti tal-flus foloz jibqa' baxx ħafna meta jitqabbel mal-għadd tal-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni, li minn meta ġew introdotti, baqa' dejjem jiżdied, b'rati li huma iżjed minn dik tat-tkabbir tal-PDG. Fl-2018, l-għadd u l-valur ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni żdiedu b'madwar 4.0%5.6% u 3.7%5.2% rispettivament. Bħalissa hemm iżjed minn 22 biljun karta tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, b'valur totali ta' iżjed minn €1.2 triljun.

Ix-xejriet għal kull sitt xhur jidhru hawn taħt:

Perjodu

It-tieni sitt xhur tal-2015

L-ewwel sitt xhur tal-2016

It-tieni sitt xhur tal-2016

L-ewwel sitt xhur tal-2017

It-tieni sitt xhur tal-2017

L-ewwel sitt xhur tal-2018

It-tieni sitt xhur tal-2018

Numru ta’ karti tal-flus foloz

445,000

331,000

353,000

331,000

363,000

301,000

262,000

Analiżi skont id-denominazzjoni:

Denominazzjoni

€5

€10

€20

€50

€100

€200

€500

Analiżi perċentwali

1.6%

2.6%

22.7%

61.8%

9.0%

0.9%

1.4%

Fit-tieni sitt xhur tal-2018:

  • Il-karti tal-€20 u l-€50 baqgħu l-aktar denominazzjonijiet li ġew iffalsifikati li flimkien jgħoddu għal iżjed minn 80% tat-total ta’ karti tal-flus foloz.
  • il-biċċa l-kbira tal-karti tal-flus foloz (96.7) instabet fil-pajjiżi taż-żona tal-euro. Il-bqija jinqasmu bejn Stati Membri tal-UE barra ż-żona tal-euro (2.2%) u partijiet oħra tad-dinja (1.1%).

Iċċekkja l-karti tal-flus tiegħek!

Minn kemm ilha li ħarġet l-ewwel sensiela ta’ karti tal-euro, l-Eurosistema – i.e. il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u d-19-il bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro – ħeġġet lill-pubbliku joqgħod attent meta jirċievi karti tal-flus. Tista' tiċċekkja l-karti tal-flus tiegħek bil-metodu sempliċi “ħoss, ħares u mejjel” imfisser fit-taqsima “L-€uro” fil-websajt tal-BĊE u l-websajts tal-banek ċentrali nazzjonali. Jekk tirċievi karta tal-flus li tqajjem suspett, għandek tqabbilha ma’ waħda li tkun taf li hi tajba. Jekk tikkonferma s-suspetti tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-pulizija, jew lill-bank ċentrali ta’ pajjiżek jew lill-bank li taħdem bih jew bank kummerċjali, skont il-prattika nazzjonali. L-Eurosistema tappoġġa lill-aġenziji li jinfurzaw il-liġi fil-ġlieda tagħhom kontra l-falsifikazzjoni.

L-Eurosistema tikkomunika b’diversi modi biex tgħin lin-nies jagħrfu l-karti tal-flus tajbin minn dawk foloz, u biex tgħin lill-kaxxiera professjonali jaċċertaw ruħhom li l-magni li jipproċessaw il-karti tal-flus ikunu kapaċi jidentifikaw b’mod affidabbli l-karti tal-flus foloz u jneħħuhom miċ-ċirkolazzjoni.

L-Eurosistema għandha dmir tissalvagwarda l-integrità tal-karti tal-euro u tkompli ttejjeb it-teknoloġija tal-produzzjoni tal-karti tal-flus. Il-karti tal-flus tas-sensiela Europa huma aktar siguri u jgħinu lill-pubbliku jsaħħaħ il-fiduċja tiegħu fil-munita.

Karta tal-flus ġodda tal-€100 u l-€200 b'karatteristiċi tas-sigurtà mtejba tnedew fis-17 ta’ Settembru 2018. Dawn huma l-aħħar żewġ denominazzjonijiet tas-sensiela Europa u se jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fit-28 ta’ Mejju 2019. L-Eurosistema qed tagħmel kampanja ta' informazzjoni biex tgħarraf lill-kaxxiera professjonali u lill-pubbliku inġenerali dwar l-introduzzjoni ta' dawn il-karti tal-flus ġodda, li t-tnejn għandhom għadd ta’ karatteristiċi ta’ sigurtà ġodda. Il-manifatturi tal-apparat li jipproċessa l-karti tal-flus, u fornituri oħra, se jkomplu jsibu l-għajnuna tal-Eurosistema biex jaġġornaw il-magni u t-tagħmir ta’ verifika tagħhom għall-karti tal-flus il-ġodda.

Għall-mistoqsijiet mill-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Esther Tejedor, tel.: +49 69 1344 95596

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja