Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Emenda tal-kalendarju għall-eliminazzjoni ta’ l-assi negozjabbli tat-tieni livell bħala assi eliġibbli għall-garanzija ta’ l-operazzjonijiet ta' kreditu ta' l-eurosistema

25 ta' Mejju 2007

Illum il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qed jipprovdi iżjed dettalji dwar l-assi li huma eliġibbli bħala garanzija għall-operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema.

Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li l-assi negozjabbli li nħarġu qabel il-31 ta’ Mejju 2007 u li huma nnegozjati fi swieq mhux regolati, liema swieq bħalissa huma konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Eurosistema dwar is-sigurtà u l-aċċessibbiltà, iżda mhux dwar it-trasparenza, se jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Diċembru 2009 u wara din id-data ma jibqgħux eliġibbli. L-assi negozjabbli tat-tieni livell li ma jkunux garantiti u li jkunu maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu se jiġu eliminati fil-31 ta’ Mejju 2007 u wara din id-data ma jibqgħux eliġibbli.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja