European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kunsill Governattiv

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa responsabbli għad-deċiżjonijiet makroprudenzjali. Dawn id-deċiżjonijiet jgħoddu kemm għall-banek kif ukoll għall-pajjiżi kollha fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), i.e. il-pajjiżi taż-żona tal-euro u l-pajjiżi l-oħra tal-UE li l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom iffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE.

Forum Makroprudenzjali

Il-Forum Makroprudenzjali huwa magħmul mill-Kunsill Governattiv u l-Bord Superviżorju tal-BĊE. Huwa forum għal diskussjonijiet regolari ta’ livell għoli li jlaqqa’ flimkien perspettivi mikroprudenzjali u makroprudenzjali mill-Ewropa kollha.

Kumitat għall-Istabbiltà Finanzjarja

Il-Kunsill Governattiv u l-Forum Makroprudenzjali huma megħjuna mill-Kumitat għall-Istabbiltà Finanzjarja, magħmul minn rappreżentanti tal-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali u l-awtoritajiet superviżorji. Il-Kumitat iservi ta’ forum għall-evalwazzjonijiet konġunti tar-riskji u l-koordinazzjoni politika bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali.

Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet u korpi Ewropej u internazzjonali

Il-BĊE jikkoopera mill-qrib ma’ istituzzjonijiet u korpi Ewropej oħra bħall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, fosthom l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), biex jiżviluppa l-oqfsa tal-UE għas-superviżjoni, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni.

Il-BĊE jagħti sehmu wkoll f’dibattiti dwar il-politika ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni, kemm fil-livell internazzjonali (e.g. il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja) kif ukoll fil-livell Ewropew (e.g. il-Kummissjoni Ewropea).

Il-paġni kollha f’din it-taqsima