Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta' Novembru 2012

13 ta' Novembru 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta' Novembru 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.8 biljun għal EUR 228.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
8 ta' Novembru 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 3.1 biljun USD 3.2 biljun
8 ta' Novembru 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 4.5 biljun USD 4.1 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 311.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 890.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 9.8 biljun għal EUR 86.8 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 8.7 biljun għal EUR 667.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 7 ta' Novembru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 83.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 79.5 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 209.5 biljun u nġabru depożiti ġodda ta’ EUR 208.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 248.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 261.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 278.2 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta' Novembru 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.5 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 53.2 biljun u EUR 16.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 18.6 biljun għal EUR 534 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 479,108 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 256,877 −1,481
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 89,847 −414
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
167,030 −1,067
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 37,323 48
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,299 −1,261
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,299 −1,261
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,127,854 −3,891
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 79,474 −4,256
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,047,496 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 881 368
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 −2
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 233,297 1,074
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 589,416 −787
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 278,165 −103
7.2 Titoli oħra 311,251 −685
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,011 1
9 Assi oħra 269,687 4,476
Assi Totali 3,038,871 −1,821
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 890,310 −2,911
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 993,972 5,986
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 533,997 18,602
2.2 Faċilità ta’ depożitu 248,510 −12,858
2.3 Depożiti fissi 208,500 −1,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2,965 1,242
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,833 769
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 139,559 −12,223
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 86,801 −9,843
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 52,758 −2,380
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 170,183 5,305
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,124 −1,998
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,917 1,393
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,917 1,393
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,243 0
10 Passiv ieħor 234,355 1,857
11 Kont tar-rivalutazzjoni 452,824 0
12 Kapitali u riżervi 85,551 0
Total tal-passiv 3,038,871 −1,821
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja