Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-26 ta’ Ġunju 2009

30 ta' Ġunju 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Ġunju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 96 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u l-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 216.6 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji

Data tal-valur Tip ta' transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
24 ta’ Ġunju 2009 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 31.5 biljun CHF 30.5 biljun
25 ta’ Ġunju 2009 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 40.6 biljun USD 40.6 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal-EUR 301.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 762.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.1 biljun għal EUR 153.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 54.4 biljun għal EUR 660.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  309.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 167.9 biljun. Nhar il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 28.8 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 6.4 biljun. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 442.2 biljun, b’maturità ta’ sena. Kif tħabbar fl-istqarrija għall-istampa tal-BĊE fis-7 ta’ Mejju 2009, wara deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, din l-operazzjoni kienet l-ewwel waħda f’sensiela ta’ tliet operazzjonijiet b’maturità ta’ sena. Din twettqet bl-użu ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti b’rata fissa u b’allokazzjoni sħiħa, flimkien mal-operazzjonijiet, regolari u supplementari, ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal, li mhux se jiġu affettwati.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 236.2 biljun (meta mqabbel ma’ 12.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 54.7 biljun għal EUR 268.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 240,629 −96
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,737 −1,952
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 17,237 225
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,500 −2,177
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 75,110 611
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,801 297
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,801 297
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 896,839 277,952
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 167,902 −141,719
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 728,598 419,895
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 326 −223
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 12 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 24,478 447
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 301,585 636
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,769 0
9 Assi oħra 244,372 −292
Assi Totali 1,997,319 277,602
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 762,146 1,329
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 504,516 278,248
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 268,244 54,729
2.2 Faċilità ta’ depożitu 236,235 223,518
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 37 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 224 11
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 161,278 1,475
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 153,378 3,057
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,899 −1,582
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 117,876 −828
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,350 1,859
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,300 −2,855
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,300 −2,855
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,551 0
10 Passiv ieħor 157,163 −1,634
11 Kont tar-rivalutazzjoni 202,952 0
12 Kapitali u riżervi 72,963 −5
Total tal-passiv 1,997,319 277,602

Kuntatti midja