Menu

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Ir-rati ċentrali tal-euro u r-rati ta’ intervent obbligatorju għal-lev Bulgaru u l-kuna Kroata fl-ERM II

13 ta’ Lulju 2020

  • Rati ta’ intervent obbligatorju għal-lev Bulgaru u l-kuna Kroata ġew stabbiliti fit-13 ta’ Lulju 2020 wara l-inklużjoni tagħhom fl-ERM II
  • Rati ta’ intervent obbligatorju miftiehma bi ftehim bejn il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali
  • Ir-rata ċentrali tal-euro u r-rati tal-intervent obbligatorju għall-krone Daniż baqgħu ma nbidlux.

Wara d-deċiżjoniiet meħuda fit-13 ta’ Lulju 2020 (ara l-komunikati tal-Unjoni Ewropea tal-istess data) dwar ir-rati ċentrali tal-euro fl-ERM II għal-lev Bulgaru u l-kuna Kroata, ir-rati ta’ intervent obbligatorju għal dawn il-muniti b’effett mit-13 ta' Lulju 2020 huma stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt.

Ir-rati ta’ intervent obbligatorju ġew miftehma b’akkordju komuni bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) u Hrvatska narodna banka,(il-Bank Nazzjonali Kroat) f’konformità mal-Artikolu 1.2 tal-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxu l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu ta’ rata tal-kambju fl-istadju tlieta tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21).

Ir-rati ċentrali tal-euro u r-rati tal-intervent obbligatorju għal krone Daniż baqgħu ma nbidlux.

Ir-rati ċentrali tal-euro u r-rati tal-intervent obbligatorju għall-muniti tal-Istati Membri li qegħdin jipparteċipaw fl-ERM II, fis-seħħ mit-13 ta’ Lulju 2020

Pajjiż u munita

EUR 1 =

Id-Danimarka
Krone Daniż (DKK) (ma nbidilx)

L-ogħla rata
Ir-rata ċentrali
L-anqas rata

7.62824
7.46038
7.29252

il-Bulgarija
Il-lev Bulgaru (BGN)

L-ogħla rata
Ir-rata ċentrali
L-anqas rata

2.24920
1.95583
1.66246

Il-Kroazja
Il-kuna Kroata (HRK)

L-ogħla rata
Ir-rata ċentrali
L-anqas rata

8.66468
7.53450
6.40433

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil William Lelieveldt, tel.: (+49 69 1344 7316).

Speaking engagements

Kuntatti midja