Deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill Governattiv tal–BĊE (barra mid-deċiżjonijiet li jiffissaw ir-rati ta’ imgħax)


Novembru 2008

Kwistjonijiet Operattivi

Deċiżjoni tal-BĊE dwar ir-riżervi minimi

Nhar it-28 ta’ Ottubru, il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni dwar dispożizzjonijiet tranżitorji għall-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni tal-euro fis-Slovakja (BĊE/2008/14). Id-Deċiżjoni sejra tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fuq il-website tal-BĊE.

Linja Gwida tal-BĊE dwar regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ garanziji finanzjarji eliġibbli

Fil-21 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Linja gwida dwar tibdiliet temporanji għar-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-eliġibbiltà tal-garanzija finanzjarja (BĊE/2008/18). Il-Linja Gwida sejra tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fuq il-website tal-BĊE.

Sistemi ta’ pagament u infrastruttura tas-suq

Aċċess mill-bogħod mill-BĊN għal Depożitorji Ċentrali ta’ Titoli (CSDs) ta’ Euroclear

Fit-30 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill Governattiv awtorizza lin-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique, lill-Banque de France u lil De Nederlandsche Bank biex jiftħu kont dirett mas-CSDs l-oħrajn tal-Grupp Euroclear li jinsabu barra l-ġuriżdizzjoni ta’ kull pajjiż, li qelbu (jew li sejrin jaqilbu) għall-pjattaforma l-ġdida ta’ Euroclear għal titoli ta’ Euronext, prinċipalment is-Settlement ta’ Euroclear ta’ Titoli taż-żona ta’ Euronext (ESES).

Is-sitt rapport tal-progress tal-BĊE dwar is-SEPA

Fl-20 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tas-sitt rapport dwar il-progress tas-SEPA (Single Euro Payments Area – Żona Unika Ewropea ta’ Pagamenti). Dan ir-rapport jenfażizza l-oqsma li fihom jeħtieġu jsiru sforzi ikbar biex il-proġett tas-SEPA jkun ta’ suċċess u jagħti gwida li fuqha għandhom jittieħdu l-miżuri. Il-verżjoni bl-Ingliż tar-rapport u l-istqarrija għall-istampa fil-lingwi kollha taż-żona euro sejrin jiġu ippubblikati fil-website tal-BĊE fl-24 ta’ Novembru 2008. Il-verżjonijiet lingwistiċi taż-żona tal-euro l-oħrajn tar-rapport sejrin jiġu ppubblikati dalwaqt fuq il-website tal-banek ċentrali rispettivi tal-Ewrosistema.

L-istabbiltà u s-sorveljanza finanzjarja

Rapport tal-BSC dwar it-tekniki ta’ provi tal-istress tal-likwidità tal-banek tal-UE u l-pjanijiet ta’ ffinanzjar ta’ kontinġenza

Fl-20 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-BSC dwar it-tekniki ta’ provi tal-istress tal-likwidità tal-banek tal-UE u l-pjanijiet ta’ ffinanzjar ta’ kontinġenza, imħejji mill-Kumitat għas-Sorveljanza Bankarja. Dan ir-rapport, ibbażat inter alia fuq prattiċi relevanti fost 84 bank u l-esperjenza tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza u tal-banek ċentrali, jipprovdi tipoloġija ta’ tekniki ta’ provi tal-istress tal-likwidità tal-banek tal-UE u l-pjanijiet ta’ ffinanzjar ta’ kontinġenza u jivvaluta d-disponibbiltà tagħhom li jassorbu xokkijiet fil-likwidità. Ir-rapport huwa disponibbli minn fuq il-website tal-BĊE.

Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja – Diċembru 2008

Fl-20 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tar-“Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja - Diċembru 2008”. Ir-rapport jipprovdi valutazzjoni komprensiva tal-kapaċità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro biex tassorbi d-disturbi avversi u biex teżamina s-sorsi ewlenin ta’ riskji u vulnerabbiltà għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Ir-rapport sejjer jiġi ppubblikat fuq il-website tal-BĊE nhar il-15 ta’ Diċembru 2008.

Parir fuq il-Leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri li jistabbilizzaw is-sistema finanzjarja fl-Iżvezja

Fl-24 ta’ Ottubru 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Żvediż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar miżuri li jistabbilizzaw is-sistema finanzjarja (CON/2008/59). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-fond Spanjol għall-akkwist ta' assi finanzjarji

Fis-27 ta’ Ottubru 2008, fuq talba tas-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-operazzjonijiet tal-Fond għall-akkwist ta' assi finanzjarji (CON/2008/60). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-leġiżlazzjoni Belġjana fuq id-depożiti u ċerti prodotti tal-assigurazzjoni

Fit-28 ta’ Ottubru 2008, fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Belġjan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-protezzjoni ta' depożiti u ta' ċerti prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja (CON/2008/61). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-għoti ta' garanziji lil banek u lil kumpaniji tas-suq tal-kreditu fl-Iżvezja

Fid-29 ta’ Ottubru 2008, fuq talba tal-Ministeru Żvediż tal-Finanzi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-għoti ta' garanziji mill-Istat lil banek u lil kumpaniji tas-suq tal-kreditu (CON/2008/62). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tal-Kummerċ Bankarju

Fis-7 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Kummissjoni tal-UE, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar deċiżjoni ġdida fir-rigward tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tal-Kummerċ Bankarju (CON/2008/63). L-Opinjoni sejra tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Belġjana dwar l-immaniġġjar tal-informazzjoni tal-mittent

Fit-12 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Ministru tal-Ġustizzja Belġjan, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-immaniġġjar tal-informazzjoni dwar min joħroġ titoli fil-kuntest tad-dematerjalizzazzjoni tat-titoli tagħhom (CON/2008/64). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri li jistabbilizzaw is-sistema finanzjarja fl-Italja

Fit-12 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Banca d’Italia f’isem il-Ministeru Taljan tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar miżuri li jimplimentaw il-garanzija tal-istabbiltà tas-sistema ta’ kreditu (CON/2008/65). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-leġiżlazzjoni Litwena fir-rigward tal-obbligi tar-riżervi minimi

Fit-13 ta’ Novembru 2008, fuq talba ta’ Lietuvos bankas, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-emendi tal-obbligi tar-riżervi minimi (CON/2008/66). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni relatata ma’ garanziji tal-Istat fi Spanja

Fit-13 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Ministeru Spanjol għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar ir-rekwiżiti biex jingħataw garanziji tal-Istat (CON/2008/67). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri ta’ stabbiltà finanzjarja fil-Finlandja

Fit-13 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Finlandiż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar miżuri ta’ stabbiltà finanzjarja fir-rigward tal-fond ta’ garanzija tal-Gvern (CON/2008/68). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri ta’ appoġġ finanzjarju fl-Irlanda

Fis-17 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Irlandiż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-estensjoni tal-iskop tal-Iskema ta’ Garanzija ta’ Depożiti (CON/2008/69). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-leġiżlazzjoni tal-Komunità fuq skemi ta’ garanzija ta’ depożiti

Fis-17 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-emendi tad-Direttiva dwar l-iskemi ta’ garanzija ta’ depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u d-dewmien tal-ħlas (CON/2008/70). L-Opinjoni sejra tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-reġistru ta’ istituzzjonijiet finanzjarji tal-Bulgarija

Fit-18 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Българска народна банка (il-Bank Nazzjonali Bulgaru), il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-istabbiliment ta’ reġistru ta’ istituzzjonijiet finanzjarji mmexxija minn Българска народна банка (il-Bank Nazzjonali Bulgaru) (CON/2008/71). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Rumena fir-rigward tar-riżervi barranin

Fid-19 ta’ Novembru 2008, fuq talba tal-Parlament Rumen, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-użu ta’ riżervi barranin għat-turiżmu (CON/2008/72). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Governanza Korporattiva

Presidenza tal-Kumitat tal-Kontabilità u tad-Dħul Monetarju (AMICO)

Fis-6 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sur Werner Studener, li sejjer isir id-Deputat Direttur tal-BĊE għall-Amministrazzjoni Ġenerali nhar l-1 ta’ Marzu 2009, bħala ċ-chairman il-ġdid ta’ AMICO b’effett mill-istess data. Il-mandat tiegħu bħala Chairman ta’ AMICO jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2010 sabiex jikkoinċidi mal-iskadenza tal-mandati taċ-chairpersons kollha tal-kumitat tal-Ewrosistema/SEBĊ u taċ-chairman tal-Kumitat għall-Baġit, li nħatru(mill-ġdid) mill-Kunsill Governattiv fid-19 ta’ Lulju 2007 għal perjodu ta’ tliet snin.

Rakkomandazzjoni tal-BĊE dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg

Fis-17 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (BĊE/2008/16). Ir-Rakkomandazzjoni sejra tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fuq il-website tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE dwar l-akkwist konġunt mill-Ewrosistema

Fis-17 ta’ Novembru 2008 il-Kunsill Governattiv adotta Deċiżjoni li tistabbilixxi l-qafas għall-akkwist konġunt mill-Ewrosistema (BĊE/2008/17). Id-Deċiżjoni sejra tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u fuq il-website tal-BĊE.

Financial stability and supervision

    BSC report on EU banks’ liquidity stress-testing techniques and contingency funding plans
  • Available by end of November

Kuntatti midja