San Marino
€2

L-ewwel sensiela: Fuq din il-munita hemm il-bini tal-Gvern (Palazzo Pubblico). Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2*, imtennija sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.
It-tieni sensiela: Fuq din il-munita hemm ritratt ta' San Marino, dettall minn pittura ta' Giovan Battista Urbinelli.
€1

L-ewwel sensiela: Fuq il-munita tal-€1 hemm l-istemma araldika tar-Repubblika.
It-tieni sensiela: Fuq il-munita tal-€1 hemm It-Tieni Torri.
50 ċenteżmu

L-ewwel sensiela: Fuq il-munita ta' 50 ċenteżmu hemm it-Tliet Torrijiet ta' San Marino: Guaita, Cesta u Montale.
It-tieni sensiela: Fuq il-munita ta' 50 ċenteżmu hemm ix-xbieha ta' San Marino, dettall minn pittura ta' Emilio Retrosi.
20 ċenteżmu

L-ewwel sensiela: Fuq din il-munita jidher San Marinus, kif jidher fuq tila tal-iskola ta’ Guercino.
It-tieni sensiela: Fuq din il-munita hemm l-għolja Titano bit-tliet Torrijiet.
10 ċenteżmi

L-ewwel sensiela: Fuq il-munita tal-10 ċenteżmi hemm xbieha tal-Bażilika ta’ San Marinus.
It-tieni sensiela: Fuq il-munita tal-10 ċenteżmi hemm xbieha tal-Knisja ta' San Franġisk.
5 ċenteżmi

L-ewwel sensiela: Fuq il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi hemm it-Tielet Torri (Montale), l-Istatwa tal-Libertà u l-Ewwel Torri (Guaita) rispettivament.
It-tieni sensiela: Fuq il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi hemm l-istemma araldika tar-Repubblika ta' San Marino, Bieb-il Belt u l-Knisja ta' San Quirinus, rispettivament.
2 ċenteżmi

1 ċenteżmu