Andorra

Andorra ffirmat Ftehim Monetarju mal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Ġunju 2011. B'hekk Andorra tista' tuża l-euro bħala munita uffiċjali u toħroġ il-muniti tal-euro tagħha. Fuq il-muniti kollha jidhru t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

€2

Il-munita ta' €2 turi l-istemma araldika ta' Andorra bil-motto "virtus unita fortior" (il-virtù unita hija iżjed b'saħħitha). Madwar ix-xifer tal-munita ta’ €2 jidhru 2 ** imtennijin sitt darbiet.

€1

Il-munita tal-€1 turi bini ta' interess kulturali u storiku, Casa de la Vall, fejn dari kien jiltaqa' l-parlament.

50 ċenteżmu

Fuq il-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu hemm il-knisja Romaneska ta' Santa Coloma.

20 ċenteżmu

Fuq il-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu hemm il-knisja Romaneska ta' Santa Coloma.

10 ċenteżmi

Fuq il-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu hemm il-knisja Romaneska ta' Santa Coloma.

5 ċenteżmi

Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru xbihat ta' kamoxx tal-Pirinej (speċi ta' mogħża tal-muntanji) u ajkla rjali.

2 ċenteżmi

1 ċenteżmu