European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Statistika

Għanijiet

L-għan tal-istatistika tal-BĊE hu li tipprovdi d-dejta kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jitwettqu d-dmirijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Għalkemm id-dmir ewlieni tal-BĊE hu l-implimentazzjoni tal-politika monetarja taż-żona tal-euro, l-istatistika tiegħu tintuża wkoll mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja. Barra dan, il-BĊE jqiegħed din l-istatistika u t-tagħrif ta’ referenza għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-parteċipanti fis-swieq.

Min jipproduċi din l-istatistika?

Memorandum ta’ ftehim jistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-BĊE u tal-Kummissjoni Ewropea (i.e. l-Eurostat) fejn tidħol l-istatistika ekonomika u finanzjarja fil-livell tal-Unjoni Ewropea:

  • il-BĊE għandu r-responsabbiltà ewlenija għall-istatistika monetarja u finanzjarja, l-istatistika dwar ir-riżervi internazzjonali tal-Eurosistema, u l-istatistika dwar ir-rati tal-kambju effettivi nominali u reali tal-euro;
  • l-Eurostat għandu r-responsabbiltà ewlenija għall-istatistika dwar l-ekonomija ġenerali;
  • iż-żewġ istituzzjonijiet jaqsmu r-responsabbiltà għall-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti u l-kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji maqsuma skont is-setturi istituzzjonali.

Fejn tinsab din l-istatistika?

L-istatistika tal-BĊE tinsab bla ħlas fit-taqsima "Statistika" tal-websajt tal-BĊE u tista’ titniżżel mill-ħażna tad-dejta tal-istatistika (Statistical Data Warehouse).

Il-paġni kollha f’din it-taqsima