Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta' l-Eurosistema, ta' l-1 ta' Jannar 2008 u Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema ta' l-4 ta' Jannar 2008

9 ta' Jannar 2008

Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 (imqabbel mar-rapport finanzjarju ta’ l-Eurosistema tal-31 ta’ Diċembru 2007)

Kif tħabbar il-ġimgħa li għaddiet, il-BĊE qed jippubblika rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 li jinkludi ċ-ċifri tal-karta tal-bilanċ mis-Central Bank of Cyprus u mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, li ssieħbu ma’ l-Eurosistema fl-istess jum, flimkien mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa, ta’ l-4 ta’ Jannar 2008. Barra dan, ir-rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu ta’ l-Eurosistema jqis l-inkorporazzjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Kambju Barrani Taljan (UIC) fil-Banca d’Italia fl-1 ta’ Jannar 2008. Minħabba d-dħul tas-Central Bank of Cyprus u tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-Eurosistema, partiti li qabel kienu denominati f’pounds Ċiprijotti u f’liri Maltin rispettivament, tneħħew mill-partiti “denominati f’munita barranija” u tqiegħdu mal-partiti “denominati f’euro”. It-transazzjonijiet u l-bilanċi tal-kontijiet tar-residenti ta’ Ċipru u ta’ Malta tneħħew mill-partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ “barra ż-żona ta’ l-euro” u tqiegħdu mal-partiti taż-“żona ta’ l-euro”. Barra dan, il-partita kapital u riżervi (il-partita nru. 12 tal-passiv) żdiedet meta mqabbla mar-rapport finanzjarju konsolidat tal-31 ta’ Diċembru 2007, u dan jirrifletti kemm l-effett tad-dħul tas-Central Bank of Cyprus u tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-Eurosistema kif ukoll l-inkorporazzjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Kambju Barrani Taljan (UIC) fil-Banca d’Italia.

Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema, ta’ l-4 ta’ Jannar 2008 (imqabbel mar-rapport finanzjarju tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2008)

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Jannar 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 76 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 155.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) baqgħu prattikament l-istess jiġifieri EUR 98.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 9 biljun għal EUR 670.8 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10 biljun għal EUR 50.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 127.4 biljun għal EUR 397 biljun. Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Jannar 2008, immaturaw żewġ operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament ta’ EUR  348.6 biljun u ta’ EUR 20 biljun, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 128.5 biljun. Fl-istess jum, id-depożiti fissi naqsu b’EUR 102.3 biljun primarjament minħabba l-maturità ta’ operazzjoni ta’ rfinar għall-assorbiment tal-likwidità ta’ EUR 101.6 biljun li saret permezz tal-ġbir ta’ depożiti fissi.

Ir-rikors kemm għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun u EUR 9.1 biljun rispettivament fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2008).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 126.3 biljun għal EUR 143.7 biljun.

Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2008 (imqabbel mar-rapport finanzjarju ta’ l-Eurosistema tal-31 ta’ Diċembru 2007)

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 201,820 274
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 136,653 1,482
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,146 91
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
127,507 1,391
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 42,930 1,019
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,351 1,524
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,351 1,524
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 637,176 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 368,607 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 268,476 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 91 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 26,700 2,802
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 98,223 2,178
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,705 1,642
9 Assi oħra 327,686 3,077
Assi Totali 1,525,244 14,000
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 679,822 3,145
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 382,802 3,621
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 269,969 2,634
2.2 Faċilità ta’ depożitu 9,135 304
2.3 Depożiti fissi 102,263 683
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,435 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 440 314
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,064 1,891
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 40,121 2,005
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,943 −114
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,154 64
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,197 707
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,698 146
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,698 146
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,311 33
10 Passiv ieħor 125,693 1,316
11 Kont tar-rivalutazzjoni 147,665 255
12 Kapitali u riżervi 71,398 2,508
Total tal-passiv 1,525,244 14,000

Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema, ta’ l-4 ta’ Jannar 2008 (imqabbel mar-rapport finanzjarju tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2008)

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
 
1 Deheb u krediti f’deheb 201,744 −76
 
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 137,995 1,342
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,146 0
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
128,849 1,342
 
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 41,698 −1,232
 
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,705 −646
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,705 −646
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
 
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 397,546 −239,630
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 128,499 −240,108
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 268,487 11
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 560 469
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −2
 
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 26,212 −488
 
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 98,175 −48
 
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,705 0
 
9 Assi oħra 329,010 1,324
 
Assi Totali 1,285,790 −239,454
 
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
 
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 670,815 −9,007
 
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 144,214 −238,588
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 143,652 −126,317
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 554 −8,581
  2.3 Depożiti fissi 0 −102,263
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 8 −1,427
 
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 349 −91
 
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
 
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 57,571 9,507
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 50,112 9,991
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,459 −484
 
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,584 430
 
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,591 −1,606
 
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,594 1,896
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 17,594 1,896
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
 
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,311 0
 
10 Passiv ieħor 123,693 −2,000
 
11 Kont tar-rivalutazzjoni 147,665 0
 
12 Kapitali u riżervi 71,403 5
 
Total tal-passiv 1,285,790 −239,454
 

Kuntatti midja