STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE qiegħed josserva s-swieq finanzjarji mill-qrib

24 ta' Ġunju 2016
  • Il-Bank Ċentrali Ewropew qiegħed josserva s-swieq finanzjarji mill-qrib
  • Il-BĊE se jkompli jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu biex jiżgura li jkun hemm stabbiltà fil-prezzijiet u stabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro

Wara r-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qiegħed josserva mill-qrib is-swieq finanzjarji u jinsab f’kuntatt mill-qrib ma’ banek ċentrali oħra.

Il-BĊE huwa lest jipprovdi likwidità addizzjonali, jekk din tkun meħtieġa, f’euro u f’munita barranija.

Il-BĊE ħejja għal din il-kontinġenza f’kuntatt mill-qrib mal-banek taħt is-superviżjoni tiegħu u jqis li s-sistema bankarja taż-żona tal-euro hija b’saħħitha f’termini ta’ kapital u likwidità.

Il-BĊE se jkompli jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu biex jiżgura l-istabbiltà tal-prezzijiet u l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hija Eva Taylor (+49 69 1344 7162).

Kuntatti midja