Kif jaħdem il-quantitative easing
Il-BĊE beda jakkwista assi minn banek kummerċjali f’Marzu 2015. Din kienet waħda mill-miżuri straordinarji li ħa fil-politika monetarja tiegħu. L-akkwist ta’ assi, magħruf ukoll bħala quantitative easing jew QE, isostni t-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-euro u jgħin biex nerġgħu lura għal livelli tal-inflazzjoni li jkunu taħt iżda qrib 2%.
Kif jaħdem il-programm tal-akkwist ta’ assiIl-Bank Ċentrali Ewropew jixtri bonds mill-banek.
Dan jgħolli l-prezz tal-bonds u joħloq likwidità fis-sistema bankarja.
Minħabba f’hekk jonqsu bosta tipi ta’ rati tal-imgħax u s-self jorħos.
In-negozji u n-nies ikunu jistgħu jissellfu iżjed u jonfqu inqas biex iħallsu d-dejn tagħhom.
Hekk il-konsum u l-investiment jieħdu spinta.
Iż-żieda fil-konsum u fl-investiment issostni t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.
Meta l-prezzijiet jogħlew, il-BĊE jasal għal rata tal-inflazzjoni li tkun taħt iżda qrib 2% għal żmien medju.
Jekk jogħġbok stenna waqt li tkun tielgħa l-paġna ...
Jekk jogħġbok dawwar l-apparat jew kabbar it-tieqa tal-brawżer