European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Portugall

Intgħażlu tliet disinji differenti minn fost dawk li daħlu għal kompetizzjoni nazzjonali. Id-disinjatur Vítor Manuel Fernandes dos Santos, li tnebbaħ mis-simboli storiċi u mis-siġilli tal-ewwel Re tal-Portugall Dom Afonso Henriques, rebaħ il-kompetizzjoni bid-disinji li ġejjin:

€2

Il-muniti tal-€1 u €2 juru l-kastelli u l-istemmi araldiċi tal-pajjiż f'nofs l-istilel tal-Ewropa. Id-disinn jissimbolizza d-djalogu, l-iskambju tal-valuri u l-iżvilupp tat-tiswir tal-Ewropa. Il-parti ċentrali hi s-siġill irjali tal-1144. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: ħames stemmi araldiċi u seba’ kastelli, kollha bl-istess wisa' bejniethom.

€1

Il-muniti tal-€1 u €2 juru l-kastelli u l-istemmi araldiċi tal-pajjiż f'nofs l-istilel tal-Ewropa. Id-disinn jissimbolizza d-djalogu, l-iskambju tal-valuri u l-iżvilupp tat-tiswir tal-Ewropa. Il-parti ċentrali hi s-siġill irjali tal-1144.

50 ċenteżmu

Il-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu juru s-siġill irjali tal-1142 bħala x-xbieha ewlenija tad-disinn.

20 ċenteżmu

Il-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu juru s-siġill irjali tal-1142 bħala x-xbieha ewlenija tad-disinn.

10 ċenteżmi

Il-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu juru s-siġill irjali tal-1142 bħala x-xbieha ewlenija tad-disinn.

5 ċenteżmi

Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru x-xbieha tal-ewwel siġill irjali tal-1134, flimkien mal-iskrizzjoni "Portugal".

2 ċenteżmi

Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru x-xbieha tal-ewwel siġill irjali tal-1134, flimkien mal-iskrizzjoni "Portugal".

1 ċenteżmu

Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru x-xbieha tal-ewwel siġill irjali tal-1134, flimkien mal-iskrizzjoni "Portugal".