Spanja

Il-muniti ta’ Spanja għandhom tliet disinji bi xbihat tar-Re, Miguel de Cervantes u l-katidral ta’ Santiago de Compostela. Hemm tliet sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni. Kollha huma validi.

Għat-tieni sensiela, fl-2010 sarilhom tibdil żgħir fid-disinn biex ikunu konformi mal-linji gwida komuni maħruġin mill-Kummissjoni Ewropea. Pereżempju, is-sena issa tidher imnaqqxa fil-parti ta’ ġewwa tal-munita.

€2

L-ewwel u t-tieni sensiela juru xbieha tar-Re Juan Carlos I de Borbón y Borbón.

Fl-2015, Spanja introduċiet it-tielet sensiela ta’ muniti tal-€1 u €2 li juru r-Re ġdid Felipe VI u l-kodiċi tal-pajjiż ‘ESPAÑA 2015’. Il-marka taż-żekka tidher fuq il-lemin tax-xbieha

€1

L-ewwel u t-tieni sensiela juru xbieha tar-Re Juan Carlos I de Borbón y Borbón.

Fl-2015, Spanja introduċiet it-tielet sensiela ta’ muniti tal-€1 u €2 li juru r-Re ġdid Felipe VI u l-kodiċi tal-pajjiż ‘ESPAÑA 2015’. Il-marka taz-zekka tidher fuq il-lemin tax-xbieha.

50 ċenteżmu

Muniti ta' 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu: juru xbieha ta' Miguel de Cervantes, missier il-letteratura Spanjola, li tirrifletti "l-universalità tal-bniedem u ta' xogħlu".

20 ċenteżmu

Muniti ta' 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu: Juru xbieha ta' Miguel de Cervantes, missier il-letteratura Spanjola, li tirrifletti "l-universalità tal-bniedem u ta' xogħlu".

10 ċenteżmi

5 ċenteżmi

Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru l-katidral ta' Santiago de Compostela, ġawhra tal-arkitettura Romaneska Spanjola u waħda mid-destinazzjonijiet l-aktar magħrufa fid-dinja għall-pellegrinaġġi. Il-muniti juru l-faċċata monumentali tal-Obradoiro, eżempju mill-isbaħ tal-kostruzzjoni barokka Spanjola, mibdi fl-1667 minn José del Toro u Domingo de Andrade. Ix-xogħol intemm fis-seklu 18 minn Fernando Casas y Novoa.

2 ċenteżmi

1 ċenteżmu