Arti u arkitettura

Żjara tal-kollezzjoni ta' arti tal-BĊE

Kollezzjoni ta' arti tal-BĊE

Il-kollezzjoni ta' xogħlijiet artistiċi tal-BĊE tiġbor fiha  madwar 450 biċċa bejn pitturi, tpinġijiet, ritratti, skulturi u oġġetti tal-arti. L-enfasi hi fuq l-arti kontemporanja u din is-sena għandna eżibizzjoni mill-Estonja. Nilqgħuk biex iżżurna u tara x-xogħlijiet eżebiti bħalissa.

Tour għall-periti u l-inġiniera

Tours għall-arkitetti u l-inġiniera
It-tours tal-arkitettura tagħna ta' kull xahar huma miftuħa għal gruppi ta' esperti fil-qasam tal-arkitettura u l-inġinerija, b'interess speċjalizzat fid-disinn, il-kostruzzjoni u d-dettalji tekniċi tal-bini ewlieni tagħna. It-tour huwa offrut esklużivament lill-ispeċjalisti u mhuwiex miftuħ għall-individwi privati.
Jekk jogħġbok innota li t-tours huma rriżervati totalment sa u inkluż Diċembru 2018.
Tixtieq tirreġistra?
Ħinijiet taż-żjarat
L-aħħar nhar ta' Tlieta ta' kull xahar, fl-16:00 CET
Tul taż-żjara
90 minuta
Reġistrazzjoni minn qabel
Iż-żjarat għandhom jiġu rriżervati bil-quddiem billi tintbagħat email lil architecture@ecb.europa.eu
Lingwa tat-tour bi gwida
Ingliż jew Ġermaniż
Dħul
Bla ħlas. Jenħtieġ li tippreżenta karta tal-identità jew passaport nazzjonali validi
Daqs tal-grupp
Minimu 10/massimu 25 parteċipant