European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Euro Video Challenge hija kompetizzjoni vidjow għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u t-30 sena. L-għan huwa li jiġi spjegat is-suġġett ekonomiku relatat mal-attivitajiet tal-BĊE f'format sempliċi u divertenti.

Ir-rebbieħa tal-Euro Video Challenge ġew imħabbra fiċ-ċerimonja tal-premjijiet f'Lyon (Franza) nhar il-Ħamis, 9 ta' Novembru 2017 – fl-10 anniversarju tal-konferenza ekonomika “Les Journées de l’économie” (Jéco). Ara l-punti ewlenin taċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet u isma’ mill-finalisti tal-Euro Video Challenge.

Ara l-vidjows rebbieħa!

Il-vidjow li ħa l-ewwel premju, "Bitcoin, money of the future?" (Bitcoin, flus tal-ġejjieni?), inħadem minn Jason Halbgewachs u Michiel van Aarnhem. Huma ngħataw premju ta' €4,000.

It-tieni premju (€3,000) ngħata lil Marina Quenan għall-vidjow bit-titolu "Faut-il avoir confiance dans sa monnaie ?" (Għandu jkollna fiduċja fil-flus tagħha?).

It-tielet post (€2,000) ingħata lil Arnaud Gantier u Valentin Levetti għall-vidjow bit-titolu "Le bitcoin peut-il remplacer l'€uro ?" (il-bitcoin tista' tieħu post l-Euro?).

Tista' tara wkoll il-vidjows li nħadmu mill-finalisti l-oħrajn, Vid Kregar (“Market ninjas, inflation and euroman”) u Théo Petrignet u Jules Marie (“La BCE doit-elle aider les États en difficultés ?”).

L-isfida

Aħna saqsejna lil dawk fostkom bejn l-etajiet ta' 18 u 30 sena biex tippreżentaw vidjow dwar tema ekonomika relatata mal-ħidma tal-BĊE fil-perjodu ta' żmien mis-6 ta' Lulju sal-24 ta' Settembru 2017. L-isfida kienet li jinħoloq filmat qasir li jiġbed interess u li jkun jinftiehem faċilment, u li jkun adattat għal udjenza żagħżugħa li forsi ma jkollha ebda għarfien minn qabel dwar is-suġġett.

Vidjow oriġinali (mhux itwal minn 2 minuti u 20 sekonda) kellu jiġi sottomess flimkien mal-iskript korrispondenti.

Irċevejna 53 vidjow ferm kreattivi minn 15-il pajjiż differenti tal-Unjoni Ewropea. L-aħjar vidjows intgħażlu fuq il-bażi ta' dawn il-kriterji:

  • kontenut: kapaċità murija biex jinħolqu messaġġi ċari u għarfien tas-suġġett
  • ħiliet ta' komunikazzjoni: l-oriġinalità tat-tekniki ta' komunikazzjoni użati
  • valur ta' divertiment: mertu edukattiv u faċilità għall-ispettaturi

Nirringrazzjaw lill-parteċipanti kollha!

Il-ġurija

  • Benoît Cœuré: Membru tal-Bord Eżekuttiv, Bank Ċentrali Ewropew
  • Christine Graeff: Direttur Ġenerali Komunikazzjoni, Bank Ċentrali Ewropew
  • Agnès Bénassy-Quéré: Professur, Paris School of Economics – Panthéon Sorbonne University
  • Luis Garicano: Professur, London School of Economics
  • Francesco Giavazzi: Professur, Innocenzo Gasparini Institute for Economic Research u l-Università Bocconi
  • Jan Pieter Krahnen: Professur, SAFE Research Centre u Goethe University

Il-paġni kollha f’din it-taqsima