Għażliet għat-Tiftix
Home Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika monetarja L-euro Pagamenti u swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kompetizzjoni #EuropeDay ECB-QuizDuel

Bejn it-3 u l-24 ta’ Mejju 2021, ingħaqadna ma' QuizDuel biex iniedu kompetizzjoni speċjali għal Jum l-Ewropa.

Aktar minn 425,000 parteċipant minn madwar l-Unjoni Ewropea kkompetew kontra xulxin għaċ-ċans li jirbħu iPad Pro 11.

Grazzi ħafna lil dawk kollha li pparteċipaw fil-kompetizzjoni u awguri lir-rebbieħa!

Immissjajt il-kompetizzjoni? Kompli aqra biex issir taf aktar dwar uħud mill-iżbalji l-aktar komuni li għamlu l-parteċipanti.

Kont taf ...?

Il-BĊE jaħdem biex iżomm il-prezzijiet stabbli.

Iż-żamma ta’ prezzijiet stabbli huwa l-kompitu ewlieni tal-BĊE. Billi nagħmlu dan, aħna nissalvagwardjaw il-valur tal-euro, sabiex il-flus tiegħek ikunu jiswew bejn wieħed u ieħor l-istess għada kif inhuma llum. B'dan il-mod, huwa aktar faċli għalik li tippjana b'mod affidabbli t-tfaddil u l-investimenti tiegħek.

Tgħallem aktar dwar l-istabbiltà tal-prezzijiet

Euro diġitali ma jieħux post il-flus kontanti

L-euro diġitali ma jieħux post il-flus kontanti, iżda pjuttost jikkomplementah. Jagħtik għażla addizzjonali dwar kif tħallas u jagħmilha aktar faċli li jsir hekk. L-Eurosistema se tkompli tiżgura li jkollok aċċess għall-flus kontanti tal-euro fiż-żona tal-euro kollha.

Tgħallem aktar dwar l-euro diġitali

Il-BĊE għandu ċentru tat-tibdil fil-klima

Il-BĊE ħa diversi passi biex jappoġġja t-tranżizzjoni għal ekonomija aktar ekoloġika. Waqqafna ċentru għat-tibdil fil-klima li jiġbor flimkien ix-xogħol tagħna dwar it-tibdil fil-klima u l-finanzi sostenibbli.

Tgħallem aktar dwar il-bidla fil-klima u l-BĊE

Il-BĊE ma jistampax karti tal-flus tal-euro

Il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro huma responsabbli għall-produzzjoni tal-karti tal-flus ta’ l-euro, taħt is-superviżjoni tal-BĊE. Hemm 11-il stamperija ta’ sigurtà għolja madwar l-Ewropa li jipproduċu karti tal-flus.

Tgħallem iżjed dwar il-produzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro
M’INTIX ESPERT? ARA L-ISPJEGAZZJONIJIET TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’jagħmel il-Bank Ċentrali Ewropew?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima