Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna
X’iddeċidejna?
Il-politika monetarja tagħna tkompli tappoġġa l-ekonomija
Il-miżuri tagħna jgħinu lill-ekonomija tirkupra u fl-aħħar mill-aħħar, iġibu l-inflazzjoni fil-mira tagħna ta’ 2%.
Ix-xiri tal-assi jista’ jkun moderatament aktar baxx
Il-kundizzjonijiet tal-finanzjament huma favorevoli u l-prospetti għall-inflazzjoni tjiebu xi ftit. Dan jippermetti pass moderatament aktar baxx ta’ xiri nett taħt il-Programm ta' Xiri tal-Emerġenza Pandemika tagħna.
Il-kundizzjonijiet tal-finanzjament għandhom jibqgħu favorevoli
Dan jappoġġja lill-konsumaturi, lill-kumpaniji, u lis-settur pubbliku, sabiex l-ekonomija tkun tista’ tkompli bl-irkupru tagħha.
X’kien ta’ importanza għalina fid-deċiżjonijiet tagħna?
L-irkupru ekonomiku taż-żona tal-euro jinsab fit-triq it-tajba...
70% tal-adulti Ewropej huma mlaqqma kompletament, u l-ekonomija fil-biċċa l-kbira reġgħet infetħet. Suq tax-xogħol aħjar jipprovdi l-prospett ta’ dħul ogħla u infiq akbar.
...imma l-ekonomija għadha mhux sejra tajjeb daqs kemm tista’.
Għad hemm aktar minn żewġ miljun persuna inqas impjegati minn qabel il-pandemija. F'xi partijiet tal-ekonomija, in-nuqqas ta’ materjali u tagħmir qed iżomm lura l-produzzjoni.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li l-ekonomija tirpilja b’mod qawwi f’din is-sena u d-dieħla
Tkabbir ekonomiku taż-żona tal-euro fl-2020 u projezzjonijiet għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Settembru 2021)
Aħna nistennew li ż-żieda attwali fl-inflazzjoni tkun fil-biċċa l-kbira temporanja, bl-inflazzjoni terġa’ tinżel fl-2022
L-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2020 u l-projezzjonijiet għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Settembru 2021)
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati u l-istrumenti tal-imgħax tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja