Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ Diċembru 2011

4 ta' Jannar 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Diċembru 2011, iż-żieda ta’ EUR 3.6 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, kif ukoll il-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali wieħed tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet bi EUR 9.3 biljun għal EUR 273.3 biljun. Din il-bidla kienet dovuta l-iżjed għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Minħabba trażazzjonijiet magħmulin mill-BĊE skont l-arranġamenti għall-provvediment tal-likwidità fis-seħħ mal-banek ċentrali barra ż-żona tal-euro, fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Diċembru 2011 kien hemm klejms pendenti fuq residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f’euro (partita 4 tal-attiv) b’valur ta’ EUR 1.5 biljun.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 7.2 biljun għal EUR 344.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.3 biljun għal EUR 888.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 65.5 biljun.

Fis-16 ta’ Diċembru 2010, il-BĊE ħabbar li ser iżid il-kapital sottoskritt b’EUR 5 biljuni, b’seħħ mid-29 ta’ Diċembru 2010. Biex it-trasferiment tal-pagamenti kapitali lill-BĊE jsir bla xkiel, il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kellhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-kapital ta’ €3.5 biljun fi tliet rati annwali. L-ewwel rata ta’ EUR 1.2 biljun tħallset fl-aħħar tal-2010, u t-tieni rata ta’ EUR 1.2 biljun imbagħad tħallset fit-28 ta’ Diċembru 2011. Dan il-ħlas wassal għal bilanċji intra-Eurosistema, imma billi dawn il-bilanċji dejjem jiġu eliminati permezz tal-proċess ta’ konsolidazzjoni, l-ebda bidla minħabba din iż-żieda kapitali ma tidher taħt kapital u riżervi (partita 12 tal-passiv) fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema. Madankollu, iż-żieda fil-kapital se tiġi riflessa fil-kontijiet annwali tal-BĊE, li se jiġu ppubblikati f’Marzu 2012.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 18.3 biljun għal EUR 237.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Diċembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  169 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 144.8 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 211 biljun u nġabru depożiti ġodda fl-ammont ta’ EUR 211 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 14.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 6.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 413.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 411.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 273.9 biljun, minħabba l-ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli, titoli mifdija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-30 ta’ Diċembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 211.9 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 58.8 biljun u EUR 3.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 41.5 biljun għal EUR 223.5 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-31 ta’ Diċembru 2011 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 1,216.864 kull uqija fina

USD: 1.2939 kull EUR

JPY: 100.20 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu (DSK): EUR 1.1867 kull DSK

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 423,458 −1 3,636
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 244,621 −246 8,041
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 85,655 0 2,142
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
158,966 −246 5,899
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 98,226 −338 3,210
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 25,355 −620 −7
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 25,355 −620 −7
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 863,568 −15,562 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 144,755 −24,269 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 703,894 0 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 14,823 8,692 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 97 16 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 78,652 −16,337 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 618,637 8,172 −163
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 273,854 363 450
7.2 Titoli oħra 344,783 7,808 −613
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,926 −2 0
9 Assi oħra 349,184 7,733 4,877
Assi Totali 2,735,628 −17,202 19,594
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 888,676 −2,262 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 849,477 −38,754 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 223,539 −41,502 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 413,882 2,069 0
2.3 Depożiti fissi 211,000 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,056 679 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,423 −957 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 79,603 2,071 2
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 65,467 −561 1
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 14,137 2,632 1
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 156,873 24,669 26
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,566 −698 206
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 9,027 −40 437
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,027 −40 437
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,942 0 1,456
10 Passiv ieħor 213,521 −1,231 6,705
11 Kont tar-rivalutazzjoni 394,031 0 10,754
12 Kapitali u riżervi 81,489 1 7
Total tal-passiv 2,735,628 −17,202 19,594

Kuntatti midja