Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tal-4 ta’ Ġunju 2010

8 ta' Ġunju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Ġunju 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 4.5 biljun għal EUR 173.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Fit-3 ta’ Ġunju 2010, immaturat operazzjoni ta’ sebat ijiem għall-provvediment ta’ likwidità ta’ 5.4 biljun dollaru Amerikan. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti, reċiproċi u temporanji (linja swap) dwar il-munita, li l-Bank Ċentrali Ewropew stabbilixxa mal-Federal Reserve System.

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
3 ta’ Ġunju 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 5.4 biljun -

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 3.7 biljun għal EUR 304.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.7 biljun għal EUR 809.4 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 20.6 biljun għal EUR 117.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 31.8 biljun għal EUR 440.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ġunju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  106 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 117.7 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti f’ammont ta’ EUR 26.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 35 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 350.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 316.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 6.2 biljun għal EUR 96.2 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 4.9 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 1.3 biljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 12.4 biljun għal EUR 171.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 286,692 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 213,020 747
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,441 −84
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,580 830
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,705 −5,038
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,843 −218
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,843 −218
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 826,577 11,439
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 117,727 11,713
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 708,805 −32
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 8 −242
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 37 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 37,574 −2,840
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 400,650 2,439
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 96,178 6,168
7.2 Titoli oħra 304,471 −3,729
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,576 0
9 Assi oħra 251,871 3,529
Assi Totali 2,098,508 10,057
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 809,442 4,737
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 557,257 30,913
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 171,325 −12,350
2.2 Faċilità ta’ depożitu 350,902 34,739
2.3 Depożiti fissi 35,000 8,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 30 24
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 613 106
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 125,371 −20,358
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 117,154 −20,560
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,217 202
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,639 −7,867
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,184 133
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,265 123
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,265 123
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0
10 Passiv ieħor 170,183 2,269
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0
12 Kapitali u riżervi 77,314 0
Total tal-passiv 2,098,508 10,057

Kuntatti midja