Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema ta' l-1 ta' Lulju 2005

6 ta' Lulju 2005

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Lulju 2005, iż-żieda netta ta’ EUR 11.7 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni, wara bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv barra mill-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 9.6 biljun għal EUR 168.2 biljun. Iż-żieda kienet dovuta prinċipalment għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali ta’ l-attiv u l-passiv.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 85.7 biljun, u dan kien fil-parti l-kbira dovut għall-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 526 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 15.2 biljun għal EUR 68.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 1.9 biljun għal EUR 398.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Ġunju 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  310 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 308 biljun. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ġunju 2005, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perijodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 30 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 30 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal ma kien fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, l-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 7.4 biljun għal EUR 154 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, d-deheb, il-kambju ta’ flus barranin, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Ġunju 2005 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba rivalutazzjonijiet". Il-prezz tad-deheb u r-rati prinċipali tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 361.231 għal kull uqija fina

USD 1.2092 għal kull EUR

JPY 133.95 għal kull EUR

Drittijiet Speċjali ta’ Kreditu (SDRs): EUR 1.2059 għal kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel mħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 138,451 −360 12,094
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 162,561 436 9,175
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 22,150 −3 814
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
140,411 439 8,361
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 21,043 −455 1,196
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,177 111 38
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 9,177 111 38
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 398,187 −1,882 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 308,001 −1,998 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 90,000 −2 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 184 177 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 −59 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,229 103 2
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 85,746 1,064 452
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,731 −440 −27
9 Assi oħra 129,316 −1,449 515
Assi Totali 988,441 −2,873 23,446
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel mħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 525,982 5,593 0
2 Obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 153,971 7,345 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 153,958 7,350 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 12 −6 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 153 11 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 75,720 −15,061 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 68,637 −15,201 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,083 140 0
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,741 −139 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 339 −94 17
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 9,129 45 550
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,129 45 550
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,896 0 195
10 Passiv ieħor 56,929 −573 2,353
11 Kont tar-rivalutazzjoni 92,292 0 20,331
12 Kapitali u riżervi 58,289 0 0
Total tal-passiv 988,441 −2,873 23,446

Kuntatti midja