Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-2 ta’ Marzu 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Marzu 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 26.2 biljun għal EUR 250.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
1 ta’ Marzu 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 3.6 biljun | USD 3.5 biljun |
1 ta’ Marzu 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 50.7 biljun | USD 14.5 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 347.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 3.2 biljun għal EUR 870.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.9 biljun għal EUR 135.4 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 47.1 biljun għal EUR 72.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Frar 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 166.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 29.5 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 219.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2012 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 38.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 6.5 biljun, b’maturità ta’ 91 jum. Fl-istess jum immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 49.8 biljun, b’maturità ta’ 203 jum. Nhar il-Ħamis 1 ta’ Marzu 2012 ġiet konkluża wkoll operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 529.5 biljun, b’maturità ta’ 1,092 jum.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 820.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 477.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 284.1 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Marzu 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 219.3 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 57.2 biljun u EUR 7.6 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 2.3 biljun għal EUR 91.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 423,445 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 246,981 | 1,703 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 86,843 | 1,326 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
160,138 | 377 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 72,110 | −27,763 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 23,269 | −532 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 23,269 | −532 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 1,130,352 | 310,670 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 29,469 | −137,021 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 1,100,076 | 447,979 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 783 | −237 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 24 | −51 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 59,261 | −5,402 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 631,714 | 5,239 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 284,080 | 471 | |
7.2 | Titoli oħra | 347,633 | 4,768 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 31,176 | 0 | |
9 | Assi oħra | 404,851 | 46,646 | |
Assi Totali | 3,023,159 | 330,561 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 870,556 | 3,160 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,148,864 | 355,464 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 91,402 | −2,274 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 820,819 | 343,494 | |
2.3 | Depożiti fissi | 219,500 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 17,143 | 14,244 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,368 | 5,039 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 147,146 | −6,494 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 135,375 | −6,863 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 11,771 | 369 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 90,890 | −24,961 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,413 | −358 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 7,861 | 524 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,861 | 524 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,942 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 213,100 | −2,814 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 394,029 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 82,990 | 1,000 | |
Total tal-passiv | 3,023,159 | 330,561 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja