Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

L-Euro diġitali: il-fatti

B’tant informazzjoni tiċċirkola, huwa naturali li jkollok mistoqsijiet dwar l-euro diġitali u kif dan jista’ jaffettwa l-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

Hawnhekk ġbarna flimkien spjegazzjonijiet ċari u sempliċi sabiex inti tkun tista’ tesplora l-fatti, tifhem x’inhu l-euro diġitali (u x’mhuwiex) u taqra dwar il-prinċipji li jiggwidaw id-disinn tiegħu.

Ejja niċċaraw l-affarijiet

Il-privatezza tiegħek tiġi l-ewwel

Qed infasslu l-euro diġitali bil-privatezza fil-qalba tiegħu. Inti u l-bank tiegħek biss taraw id-data personali meħtieġa għall-pagamenti. It-tranżazzjonijiet ikunu kunfidenzjali daqs il-pagamenti diġitali tal-lum – u saħansitra aktar fil-modalità offline. Id-data tiegħek tibqa’ fl-Ewropa u tkun protetta mir-regoli u mis-salvagwardji Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data.

Aqra aktar dwar kif il-privatezza tiegħek hija protetta

Inti tibqa' fil-kontroll

L-euro diġitali jkun mezz ta’ pagament, bħall-karti tal-flus u l-muniti f'butek: inti tiddeċiedi kif tonfqu. Ikun hemm għall-pagamenti ta’ kuljum – inti tibqa’ timmaniġġja flusek.

Sir af kif jaħdem l-euro diġitali

Il-bank tiegħek jibqa' l-punt ta' kuntatt tiegħek

Se tuża l-euro diġitali permezz tal-bank tiegħek jew ta’ fornituri awtorizzati oħra – mhux permezz ta’ kont tal-BĊE. Il-bank tiegħek jibqa’ l-punt ta’ kuntatt tiegħek, jindirizza l-mistoqsijiet tiegħek u l-pagamenti ta’ kuljum.

Sir af dwar ir-rwol ċentrali tal-banek fid-distribuzzjoni tal-euro diġitali

Il-libertà tiegħek li tagħżel

Illum, il-flus kontanti huma l-unika forma ta’ flus tal-bank ċentrali disponibbli għalik. Il-flus tal-bank ċentrali huma flus pubbliċi: fiż-żona tal-euro, jinħarġu u jiġu appoġġati mill-BĊE għal kulħadd. L-euro diġitali jagħtik il-libertà li tagħżel flus tal-bank ċentrali għal pagamenti diġitali u online, filwaqt li l-flus kontanti jibqgħu disponibbli kull meta tkun trid tużahom.

Aqra aktar dwar kif nissalvagwardjaw il-futur tal-flus kontanti

L-euro diġitali tiegħek mhuwiex kripto

L-euros diġitali se jkunu flus pubbliċi, u differenti mill-kriptoassi. Ma jiddependux fuq tokens volatili jew fuq infrastruttura mhux regolata. Jaħdmu fuq teknoloġija Ewropea sigura f’qafas regolat bis-sħiħ.

Sir af kif il-kriptovaluti jvarjaw mill-flus tal-bank ċentrali

Il-leġiżlaturi tiegħek jiddeċiedu

L-euro diġitali jista’ jiġi introdott biss jekk il-koleġiżlaturi tal-Unjoni Ewropea (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE) jadottaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa, li tinkludi li jsiru l-għażliet ewlenin dwar kif jaħdem. Dan jinvolvi dibattitu demokratiku, skrutinju u responsabbiltà, inklużi diskussjonijiet u seduti regolari fil-Parlament Ewropew.

Esplora kif ninvolvu ruħna mal-istituzzjonijiet tal-UE

Il-vuċi tiegħek issawru

L-euro diġitali qed jiġi żviluppat bin-nies tal-Ewropa fil-qalba tiegħu. Il-membri tal-pubbliku, il-gruppi tal-konsumaturi, in-negozjanti u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ikkontribwew għall-proġett sa mill-bidu nett. Il-perspettivi tiegħek ikomplu jsawru din il-ħidma, u aħna impenjati lejn il-ftuħ, it-trasparenza u l-involviment regolari hekk kif niżviluppaw l-euro diġitali.

Esplora r-riżultati tal-konsultazzjoni, ir-rapporti u r-riċerka

Il-ħlasijiet bażiċi tiegħek huma bla ħlas

Għall-konsumaturi, il-pagamenti bażiċi bl-euro diġitali jkunu bla ħlas, simili għall-flus kontanti llum. In-negozji jibbenefikaw minn metodu ta’ pagament standardizzat u mifrux mal-UE kollha li jrawwem il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni, kif ukoll minn tariffi tat-tranżazzjonijiet aktar baxxi.

Aqra aktar dwar l-elementi fundamentali tal-euro diġitali

ARA WKOLL

Sir af aktar dwar l-euro diġitali

Il-punt tad-dħul tiegħek għall-informazzjoni dwar l-euro diġitali

Ċentru tal-euro diġitali

Tweġibiet rapidi għal mistoqsijiet komuni dwar l-euro diġitali

Mistoqsijiet komuni

Rapporti dettaljati dwar l-iżviluppi tal-proġett

Rapporti ta’ progress dwar il-proġett tal-euro diġitali

Il-paġni kollha f’din it-taqsima