Għażliet għat-Tiftix
Home Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika monetarja L-euro Pagamenti u swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
Mhux disponibbli bil-Malti

Latvja

€2

Il-munita ta' €2 turi xbieha ta' xbejba Latvjana tal-kampanja. Din ix-xbieha dehret għall-ewwel darba fuq il-munita ta' 5 lats tal-fidda fl-1929. Madwar ix-xifer tal-munita ta’ €2 jidher il-kliem DIEVS * SVĒTĪ * LATVIJU (Alla * Ibierek * il-Latvja). Id-disinjatur huwa Guntars Sietiņš.

€1

Il-munita tal-€1 turi xbieha ta' xbejba Latvjana tal-kampanja. Din ix-xbieha dehret għall-ewwel darba fuq il-munita ta' 5 lats tal-fidda fl-1929. Id-disinjatur huwa Guntars Sietiņš.

50 ċenteżmu

Il-munita ta' 50 ċenteżmu turi l-istemma araldika l-kbira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

20 ċenteżmu

Il-munita ta' 20 ċenteżmu turi l-istemma araldika l-kbira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

10 ċenteżmi

Il-munita tal-10 ċenteżmi turi l-istemma araldika l-kbira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

5 ċenteżmi

Il-munita tal-5 ċenteżmi turi l-istemma araldika ż-żgħira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

2 ċenteżmi

Il-munita ta' 2 ċenteżmi turi l-istemma araldika ż-żgħira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

1 ċenteżmu

Il-munita ta' 1 ċenteżmu turi l-istemma araldika ż-żgħira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.