European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Franza

Għan-naħa nazzjonali tal-ewwel sensiela ta’ muniti tal-euro Franċiżi ġew ikkunsidrati ’l fuq minn 1,200 disinn. Kumitat ippresedut mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi għażel tliet disinji għal denominazzjonijiet speċifiċi.

€2

Id-disinn magħżul għall-ewwel sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2 kien xogħol l-artist Joaquin Jimenez. Fih siġra li tissimbolizza l-ħajja, il-kontinwità u t-tkabbir, wieqfa fi ħdan eżagonu u mdawra bil-motto tar-Repubblika Franċiża, "Liberté, Egalité, Fraternité" (Libertà, ugwaljanza, fraternità).

Fl-2022 Franza introduċiet it-tieni sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2. Id-disinn il-ġdid fih friegħi tal-ballut u taż-żebbuġ li jiffurmaw is-siġra tal-ħajja u jissimbolizzaw is-saħħa, is-solidità u l-paċi. Is-siġra u l-motto joqgħodu ġo eżagonu.

Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: 2** imtennijin sitt darbiet, darba weqfin u darba maqlubin.

€1

Id-disinn magħżul għall-ewwel sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2 kien xogħol l-artist Joaquin Jimenez. Fih siġra li tissimbolizza l-ħajja, il-kontinwità u t-tkabbir, wieqfa fi ħdan eżagonu u mdawra bil-motto tar-Repubblika Franċiża, "Liberté, Egalité, Fraternité" (Libertà, ugwaljanza, fraternità).

Fl-2022 Franza introduċiet it-tieni sensiela ta’ muniti ta’ €1 u €2. Id-disinn il-ġdid fih friegħi tal-ballut u taż-żebbuġ li jiffurmaw is-siġra tal-ħajja u jissimbolizzaw is-saħħa, is-solidità u l-paċi. Is-siġra u l-motto joqgħodu ġo eżagonu.

50 ċenteżmi

Il-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu juru t-tema taż-żerriegħ, li hija kostanti fl-istorja tal-frank Franċiż. Iddisinjata minn Laurent Jorlo, "din il-grafika moderna u bla limiti ta' żmien tirrappreżenta lil Franza li tibqa' leali lejha nnifisha filwaqt li tintegra ruħha fl-Ewropa"..

20 ċenteżmu

10 ċenteżmu

5 ċenteżmu

Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru liż-żagħżugħa Marianne b'fattizzi determinati li jippersonifikaw ix-xewqa għal Ewropa b'saħħitha u dejjiema. Id-disinn sar minn Fabienne Courtiade, inċiżur taz-Zekka ta' Pariġi.

2 ċenteżmu

1 ċenteżmu